-
2 Kronaki 31:1Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
-
-
31 Malli lestew dan kollu, l-Iżraelin kollha li kienu hemm ħarġu lejn il-bliet taʼ Ġuda. Huma kissru l-pilastri sagri, qaċċtu l-arbli sagri,* u waqqgħu l-postijiet għall-qima u l-artali mill-art kollha taʼ Ġuda u Benjamin, kif ukoll t’Efrajm u Manasse, sakemm qerduhom għalkollox. Wara, l-Iżraelin kollha marru lura fil-bliet fejn kienu jgħixu.
-