2 Imbagħad Ħeżekija organizza l-qassisin u l-Leviti fil-gruppi tagħhom, biex b’hekk ikunu jistgħu jagħmlu s-servizz li ġew inkarigati. Huma ħarqu l-offerti tal-ħruq u s-sagrifiċċji tal-paċi. Ukoll, huma qdew, irringrazzjaw, u faħħru lil Alla fil-bibien tal-btieħi taʼ Ġeħova.