3 “Fl-ewwel sena li beda jmexxi, Ċiru ta dan il-kmand dwar id-dar t’Alla f’Ġerusalemm: ‘Ħa terġaʼ tinbena d-dar fejn il-Lhud joffru s-sagrifiċċji, u l-pedamenti tagħha għandhom jitqiegħdu f’posthom. Din għandha tkun għolja 60 kubitu u wiesgħa 60 kubitu.