4 U Esdra li kien jikkopja l-Iskrittura kien qiegħed fuq palk tal-injam, li għamluh apposta għal din il-laqgħa. Ħdejh fuq il-lemin kien hemm Mattitija, Sema, Għanaja, Urija, Ħilkija, u Magħseja. U fuq ix-xellug kien hemm Pedaja, Misael, Malkija, Ħasum, Ħas-baddana, Żakkarija, u Mesullam.