3 Dwar l-Għammonin għandek tgħid, ‘Isimgħu dak li jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox.* Hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox: “Peress li fraħtu meta s-santwarju tiegħi ġie ddiżonorat, meta l-art t’Iżrael tħalliet ħerba, u meta l-poplu taʼ Ġuda mar fl-eżilju,