15 “Hekk jgħid Ġeħova s-Sid taʼ Kollox: ‘Dakinhar li hi tinżel fil-Qabar, jien se nġib id-dwejjaq minħabba dan. Għalhekk, jien se nżomm l-ilmijiet fondi u x-xmajjar tagħha biex il-ħafna ilmijiet jieqfu. Minħabba f’hekk, jien se nġib dalma fuq il-Libanu, u s-siġar kollha se jinxfu.