11 Imma issa qed niktbilkom biex ma tibqgħux tagħmluha maʼ kull min jissejjaħ ħu li jieħu sehem fl-immoralità sesswali, li hu rgħib, li jqim lill-idoli, li jgħajjar lil oħrajn, li hu sakranazz, jew li jqarraq biex jieħu l-affarijiet taʼ ħaddieħor. Lanqas biss għandkom tieklu maʼ bniedem bħal dan.