Nota taʼ Taħt
a L-eżerċizzju estrem, sal-punt li jwaqqaf il-mestrwazzjoni fin-nisa, jistaʼ jwassal biex l-għadam jiddgħajjef minħabba li jkun hemm nuqqas taʼ estroġenu. Hu rikkmandat li n-nisa li jkollhom iktar minn 65 sena jagħmlu t-test tad-densità tal-għadam biex jiġi determinat jekk l-għadam tagħhom ikunx qed jirqaq u kemm ikun qed jirqaq. Jekk ikun qed jirqaq ħafna, jistaʼ jkun hemm mediċini disponibbli għall-prevenzjoni u l-kura tal-osteoporożi. Madankollu, qabel ma tinbeda xi kura għandhom jiġu kunsidrati kemm ir-riskji u kemm il-benefiċċji.