Nota taʼ Taħt
a Hemm evidenza soda li l-kotba taʼ l-Iskrittura Ebrajka—inkluż Isaija—kienu nkitbu ferm qabel l-ewwel seklu E.K. Il-kittieb taʼ l-istorja Josefus (l-ewwel seklu E.K.) indika li l-kanoni taʼ l-Iskrittura Ebrajka kienu ġew stabbiliti ferm qabel żmienu.8 Iżjed minn hekk, is-Settwaġinta Griega, traduzzjoni taʼ l-Iskrittura Ebrajka għall-Grieg, kienet inbdiet fit-tielet seklu Q.E.K. u tlestiet sat-tieni seklu Q.E.K.