Nota taʼ Taħt
b Sabiex jagħmel tajjeb għad-dnub taʼ Adam, Ġesù kellu jmut, mhux bħala tifel perfett, imma bħala raġel perfett. Ftakar, id-dnub taʼ Adam kien intenzjonat, u meta għamlu kien jaf eżatt is-serjetà taʼ l-att u l-konsegwenzi tiegħu. Allura sabiex isir ‘l-aħħar Adam’ u jgħatti dak id-dnub, Ġesù kellu jagħmel għażla matura u informata biex iżomm l-integrità tiegħu lejn Jehovah. (1 Korintin 15:45, 47) B’hekk, l-aġir leali taʼ Ġesù matul ħajtu kollha—inkluż il-mewt tiegħu b’sagrifiċċju—serva bħala “opra tal-ġustizzja.”—Rumani 5:18, 19.