Nota taʼ Taħt
b Skond il-Mixna, xi snin wara kienet qamet protesta fuq il-prezz għoli tal-ħamiem li kien jinbiegħ fit-tempju. Il-prezz mill-ewwel naqas b’xi 99 fil-mija! Min kien imur l-iktar minn fuq f’dan in-negozju li jħalli l-qligħ? Xi studjużi taʼ l-istorja jissuġġerixxu li s-swieq tat-tempju kienu proprjetà tad-dar tal-Qassis il-Kbir Anna, u pprovdew il-maġġuranza taʼ l-għana kbir taʼ dik il-familja.—Ġwanni 18:13.