Nota taʼ Taħt
b Kull waħda minn dawn il-muniti kienet lepton, l-iżgħar munita Lhudija li kienet tintuża dak iż-żmien. Żewġ muniti bħal dawn kienu jiswew daqs 1/64 taʼ paga taʼ ġurnata. Lanqas biss kienu biżżejjed biex jinxtara għasfur tal-bejt wieħed, l-orħos għasfur li l-fqar kienu jużaw għall-ikel.