Nota taʼ Taħt
a Il-verb phi·leʹo, li jfisser “li jkollok affezzjoni għal, li tkun miġbud lejn, jew li tħobb (kif wieħed jistaʼ jħossu dwar ħabib tal-qalb jew ħu),” jintuża spiss fl-Iskrittura Griega Kristjana. Forma tal-kelma stor·geʹ, jew imħabba lejn il-familjari l-iktar fil-qrib, tintuża fit-2 Timotju 3:3 biex turi li mħabba bħal din se tkun nieqsa ħafna matul l-aħħar jiem. Eʹros, jew imħabba romantika bejn raġel u mara, ma tintużax fl-Iskrittura Griega Kristjana, għalkemm din l-imħabba hija diskussa fil-Bibbja.—Proverbji 5:15-20.