Nota taʼ Taħt
a Il-liġijiet rabbiniċi kienu jgħidu li bniedem kellu jżomm ’il bogħod minn wieħed imġiddem mill-inqas erba’ kubiti (kważi żewġ metri). Imma jekk kien ikun għaddej ir-riħ, l-imġiddem kellu jinżamm ’il bogħod mill-inqas 100 kubitu (45 metru). Il-Midrash Rabbah jitkellem dwar wieħed rabbi li kien imur jinħeba malli jara mġiddem u dwar ieħor li kien jitfgħalhom il-ġebel biex ikeċċihom. B’hekk, l-imġiddmin kienu jafu x’jiġifieri l-uġigħ li tħoss meta kulħadd jitbiegħed minnek, u meta tħossok mibgħud u li ħadd ma jridek.