Nota taʼ Taħt
b Il-Bibbja turi li kuxjenza safja m’hijiex dejjem biżżejjed. Per eżempju, Pawlu qal: “Il-kuxjenza tiegħi hi nadifa f’kollox. Iżda dan ma jurix li jien ġust, imma dak li jistħarriġni hu Ġeħova.” (1 Korintin 4:4) Anki dawk li jippersegwitaw lill-Kristjani, kif kien jagħmel Pawlu fil-passat, jistgħu jagħmlu dan b’kuxjenza safja għaliex jaħsbu li Alla japprova l-aġir tagħhom. Huwa vitali li l-kuxjenza tagħna tkun safja f’għajnejna kif ukoll nadifa f’għajnejn Alla.—Atti 23:1; 2 Timotju 1:3.