Nota taʼ Taħt
b Evidentement, id-dixxipli l-ġodda dak iż-żmien normalment kienu jiġu midlukin bl-ispirtu qaddis, jew jirċivuh, fil-magħmudija tagħhom. Dan kien jagħmilha possibbli li jkollhom it-tama li jaħkmu bħala slaten u qassisin ma’ Ġesù fis-sema. (2 Kor. 1:21, 22; Riv. 5:9, 10; 20:6) Madankollu, f’dan il-każ partikulari, id-dixxipli l-ġodda ma ġewx midlukin fil-magħmudija. Il-Kristjani mgħammdin ġodda rċivew l-ispirtu qaddis—u l-għotjiet mirakolużi li kienu assoċjati miegħu—biss wara li Pietru u Ġwanni qiegħdu jdejhom fuqhom.