Nota taʼ Taħt
b Ġakbu b’mod għaqli rrefera għall-kitbiet taʼ Mosè, li ma inkludewx biss il-kodiċi tal-Liġi imma wkoll rekord tal-aġir t’Alla u l-indikazzjonijiet tar-rieda Tiegħu li ġew qabel il-Liġi. Pereżempju, il-ħarsa t’Alla lejn id-demm, l-adulterju, u l-idolatrija tistaʼ tidher b’mod ċar fil-ktieb tal-Ġenesi. (Ġen. 9:3, 4; 20:2-9; 35:2, 4) B’hekk, Ġeħova rrivela prinċipji li huma obbligatorji għall-umanità kollha, kemm jekk Lhud u kemm jekk Ġentili.