Nota taʼ Taħt
a Il-Fariżej kienu fil-maġġor parti responsabbli għall-forma taʼ Ġudaiżmu li teżisti llum u għalhekk m’huwiex sorprendenti li l-Ġudaiżmu għadu jfittex kif jiżgiċċa mill-ħafna restrizzjonijiet miżjuda tas-Sabat. Per eżempju, viżitatur fi sptar Lhudi ortodoss fil-jum tas-Sabat għandu mnejn isib li l-lift jieqaf awtomatikament f’kull sular biex il-passiġġier jistaʼ jevita li jagħmel ix-“xogħol” midneb taʼ li jagħfas il-buttuna tal-lift. Xi tobba ortodossi jiktbu riċetti b’linka li tisparixxi wara ftit jiem. Għala? Il-Mixna jikklassifika l-kitba bħala “xogħol,” imma jiddefinixxi “kitba” bħala li tħalli marka dejjiema.