Nota taʼ Taħt
a Waqt li jikkummenta fuq l-istqarrija taʼ Pawlu li “l-imħabba taf tistabar u tħenn,” Gordon D. Fee, studjuż tal-Bibbja, jikteb: “Fit-teoloġija Pawlina dawn [is-sabar u l-ħniena] jirrappreżentaw iż-żewġ naħat taʼ l-attitudni divina lejn l-umanità (qabbel Rum. 2:4). Minn banda waħda, is-sabar u l-imħabba t’Alla jintwerew billi hu jżomm lura l-għadab tiegħu għall-irvell tal-bniedem; mill-banda l-oħra, il-qalb tajba tiegħu tinsab fl-espressjonijiet tal-ħniena li hu wera għal elf darba iżjed. B’hekk, id-deskrizzjoni taʼ Pawlu dwar l-imħabba tibda b’din id-deskrizzjoni doppja dwar Alla, li permezz taʼ Kristu wera s-sabar u l-qalb tajba tiegħu lejn dawk li jistħoqqilhom il-ħaqq divin.”