Nota taʼ Taħt
b Jehovah innifsu jħossha din l-istmerrija. Per eżempju, Efesin 4:29 jiddeskrivi l-kliem oxxen bħala ‘kliem mhux xieraq [“imħassar,” NW].’ Il-kelma Griega użata għal “imħassar” tirreferi letteralment għal frott, ħut, jew laħam li jkun niten. Dan it-terminu jurina b’mod ċar kemm għandna nitqażżu d-diskors abbużiv jew oxxen. Bl-istess mod, l-idoli spiss jiġu deskritti fl-Iskrittura bħala “moqżieża” daqs id-demel. (Dewteronomju 29:16 [29:17, NW]; Eżekjel 6:9) Il-mod kif aħna nitqażżu b’mod naturali l-ħmieġ taʼ l-annimali jew tal-bnedmin jgħinna nifhmu l-istmerrija li jħoss Alla lejn kwalunkwe tip taʼ idolatrija.