Nota taʼ Taħt
a “Id-differenza bażika [bejn Ġesù u l-Fariżej] toħroġ ċara meta jitqabblu ż-żewġ fehmiet opposti li kellhom dwar Alla. Għall-Fariżej, Alla huwa wieħed li fil-biċċa l-kbira dejjem jitlob xi ħaġa minna. Skond Ġesù, Alla hu qalbu tajba u mimli ħniena. M’għandniex xi ngħidu, il-Fariżew ma jiċħadx it-tjubija u l-imħabba t’Alla, imma għalih dawn jidhru fir-rigal li tahom tat-Tora [il-Liġi] u fil-possibbiltà li jitwettaq dak li hemm miktub fiha. . . . Għall-Fariżew, li wieħed jimxi fi qbil mat-tradizzjoni orali bir-regoli kollha tagħha li jinterpretaw il-liġi, kien il-mod kif titwettaq it-Tora. . . . L-importanza li Ġesù ta liż-żewġ kmandamenti dwar l-imħabba (Mt. 22:34-40) bħala l-mod aċċettabbli kif għandha tiġi interpretata l-Liġi, u l-fatt li hu ċaħad it-tradizzjoni orali bir-restrizzjonijiet kollha tagħha . . . wassluh biex jeħodha kontra r-raġunar falz tal-Fariżej.”—The New International Dictionary of New Testament Theology.