Nota taʼ Taħt
a Din hi raġuni waħda għala n-nies taʼ l-Armenja jassoċjaw pajjiżhom mal-Muntanja Ararat. Fl-imgħoddi, l-Armenja kienet saltna vasta li t-territorju tagħha kien jinkludi dawn il-muntanji. B’hekk, fit-traduzzjoni Biblika tas-Settanta Griega f’Isaija 37:38 l-espressjoni “l-art taʼ Ararat” hija tradotta bħala “Armenja.” Il-Muntanja Ararat issa tinsab fit-Turkija, ħdejn il-fruntiera tal-lvant.