Nota taʼ Taħt
b L-Iżraelin ma ħabbrux kundizzjonijiet taʼ sliem qabel ma ggwerraw kontra l-Kangħanin. Għala le? Għax il-Kangħanin kienu ngħataw 400 sena biex jikkoreġu l-mogħdijiet ħżiena tagħhom. Sakemm l-Iżraelin ġew biex jiggwerraw kontrihom, il-Kangħanin, bħala grupp, kienu mill-agħar għall-aħħar. (Ġenesi 15:13-16) B’hekk, kellhom jiġu meqrudin għalkollox. Madankollu, Kangħanin individwali li biddlu mogħdijiethom ġew salvati.—Ġożwè 6:25; 9:3-27.