Nota taʼ Taħt
a Xi studjużi Bibliċi jgħidu li Ġuda kkwota xogħol apokrifu msejjaħ il-Ktieb taʼ Enok, imma dan il-ktieb huwa xogħol kollu immaġinazzjoni taʼ oriġini dubjuża u li b’mod falz intqal li nkiteb minn Enok. Meta dan il-ktieb jirreferi għall-profezija taʼ Enok, dan jagħmlu b’mod eżatt, imma jistaʼ jkun li din ir-referenza ttieħdet minn sors antik li llum m’għadux jeżisti. Dan is-sors setaʼ kien dokument miktub jew mgħoddi minn ġenerazzjoni għal oħra oralment. Ġuda forsi uża l-istess sors antik jew tgħallem dwar Enok mingħand Ġesù, li hu stess ra l-ħajja taʼ Enok mis-sema.