Nota taʼ Taħt
a Ġieli smajt lil xi ħadd li ilu fil-verità jgħid, ‘Ma kontx naħseb li din is-sistema ħażina se ddum daqshekk’? F’dawn iż-żminijiet diffiċli, ilkoll kemm aħna nixtiequ li tiġi s-sistema l-ġdida. Però, aħna rridu nitgħallmu nkunu paċenzjużi. F’dan l-artiklu se naraw prinċipji mill-Bibbja li se jgħinuna nistennew bil-paċenzja. Imbagħad se nikkunsidraw żewġ sitwazzjonijiet fejn bil-paċenzja jkollna nistrieħu fuq Ġeħova. U fl-aħħar se naraw il-barkiet li se jagħtina Ġeħova jekk inkunu lesti li nibqgħu nistennewh.