Nota taʼ Taħt
a Li tibżaʼ mhuwiex dejjem ħażin. Il-biżaʼ tistaʼ tipproteġina mill-periklu. Imma xi kultant ma jkunx tajjeb għalina li nibżgħu. Għala? Għax Satana jistaʼ juża din il-biżaʼ biex iġegħelna nieħdu deċiżjoni ħażina. Għalhekk, huwa importanti li naħdmu iebes biex nikkontrollawha. X’se jgħinna nagħmlu dan? Kif se jurina dan l-artiklu, meta nkunu ċerti li Ġeħova qiegħed magħna u jħobbna, se nkunu nistgħu negħlbu kull tip taʼ biżaʼ.