Nota taʼ Taħt
b Jistaʼ jkun li l-irxoxt jibda l-ewwel minn uħud li mietu leali matul l-aħħar jiem, imbagħad jiġu rxoxtati dawk li mietu qabilhom. Jekk isir hekk, kull ġenerazzjoni se jkollhom iċ-ċans li jilqgħu lil dawk li kienu jafu huma stess. Ikun xi jkun il-każ, il-Bibbja tgħid li l-midlukin se jiġu rxoxtati għas-sema ‘skond kif imisshom,’ u x’aktarx li l-irxoxt fuq l-art se jiġri bl-istess mod.—1 Kor. 14:33; 15:23.