Nota taʼ Taħt
a Meta Ġesù tkellem dwar is-sinjal tal-aħħar jiem, hu ta lid-dixxipli tiegħu diversi tixbihat. Hu taʼ interess li ninnotaw li hu l-ewwel irrefera għall-“ilsir leali u għaqli,” il-grupp żgħir t’aħwa midlukin li se jieħdu t-tmexxija fost in-nies t’Alla. (Mattew 24:45-47) Imbagħad ta tixbihat li rreferew għall-midlukin kollha. (Mattew 25:1-30) Fl-aħħar hu tkellem dwar dawk li kienu se jappoġġjaw lil ħut Kristu u li se jgħixu għal dejjem fuq l-art. (Mattew 25:31-46) B’mod simili, meta l-profezija t’Eżekjel bdiet isseħħ fi żmienna, din kienet tapplika l-ewwel għal dawk li kellhom it-tama li jgħixu fis-sema. U għalkemm l-għaxar tribujiet tal-Iżrael normalment ma jirrappreżentawx lil dawk li se jgħixu għal dejjem fuq l-art, l-unità deskritta f’din il-profezija tfakkarna fl-unità li hemm bejn dawn u l-midlukin.