Nota taʼ Taħt
a Il-Bibbja tindika li Ġużeppi kien ħaj meta Ġesù kellu 12-il sena. Madankollu, Ġużeppi ma ssemmiex meta Ġesù għamel l-ewwel miraklu, dak li bidel l-ilma fi nbid, jew f’xi żmien wara dan. Dan jistaʼ jfisser li Ġużeppi laħaq miet sa dak iż-żmien. Ukoll, meta Ġesù kien fuq iz-zokk tat-tortura, hu talab lill-appostlu Ġwanni biex jieħu ħsieb ommu, xi ħaġa li Ġesù x’aktarx ma kienx jagħmel li kieku Ġużeppi kien għadu ħaj.—Ġwanni 19:26, 27.