Nota taʼ Taħt
b Pereżempju, madwar is-sena 785 WK, Karlumanju ħareġ digriet li fih impona l-piena tal-mewt fuq in-nies tas-Sassonja li ma ridux jitgħammdu bħala Kristjani. Ukoll, it-trattat taʼ Paċi taʼ Augsburg, li ġie ffirmat fis-sena 1555 WK minn gruppi li kienu qed jiġġieldu fl-Imperu Ruman Qaddis, semma li kull ħakkiem taʼ post għandu jkun jew Kattoliku Ruman jew Luteran u li s-sudditi tiegħu kollha kellhom jipprattikaw ir-reliġjon tiegħu. Dawk li ma kinux iħaddnu r-reliġjon tal-ħakkiem kien ikollhom jemigraw.