Nota taʼ Taħt
c Pereżempju, kunsill li jirrappreżenta diversi gruppi Protestanti fl-Amerika, fl-1918 qal li l-Lega kienet se tkun “l-espressjoni politika tas-saltna t’Alla fuq l-art.” Fl-1965, rappreżentanti tal-Buddiżmu, tal-Kattoliċiżmu, tal-Ortodossi tal-Lvant, tal-Ħinduiżmu, tal-Iżlam, tal-Ġudaiżmu, u tal-Protestantiżmu ngħaqdu flimkien f’San Francisco biex jappoġġaw u jitolbu għall-Ġnus Magħquda. U fl-1979, Papa Ġwanni Pawlu II esprima t-tama tiegħu li l-ĠM “tibqaʼ għal dejjem il-forum suprem tal-paċi u l-ġustizzja.”