Nota taʼ Taħt
a Xi traduzzjonijiet tal-Bibbja jużaw it-terminu “Luċifru” f’Isaija 14:12, li xi nies jaħsbu li dan hu l-isem tal-anġlu li sar Satana x-Xitan. Però, il-kelma oriġinali Ebrajka użata hawn tfisser “wieħed li jiddi.” Il-kuntest juri li dan it-terminu ma jirreferix għal Satana, imma għad-dinastija, jew linja taʼ slaten, taʼ Babilonja, li Alla kien se jumilja minħabba l-arroganza tagħha. (Isaija 14:4, 13-20) L-espressjoni “wieħed li jiddi” ntużat biex twaqqaʼ għaċ-ċajt lid-dinastija Babiloniża wara li ntrebħet.