LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

It-Tnejn, 1 taʼ Settembru

“Il-ħniena tiegħu mis-sema se tiddi fuqna bħax-xemx tielgħa.”—Lq. 1:78.

Alla ta lil Ġesù l-qawwa biex isolvi l-problemi kollha tan-nies. Meta Ġesù għamel il-mirakli, hu wera li jistaʼ jirranġa l-problemi kollha li aħna ma nistgħux nirranġaw weħidna. Pereżempju, hu għandu l-qawwa li jeħlisna mid-dnub u l-effetti tiegħu, bħall-mard u l-mewt. (Mt. 9:​1-6; Rum. 5:​12, 18, 19) Il-mirakli tiegħu juru li hu jistaʼ jfejjaq “kull tip taʼ mard” u jqajjem il-mejtin. (Mt. 4:23; Ġw. 11:​43, 44) Għandu wkoll il-qawwa li jikkontrolla l-maltempati u jkeċċi d-demonji. (Mk. 4:​37-39; Lq. 8:2) Kemm hu inkuraġġanti li nafu li Ġeħova ta din il-qawwa lil Ibnu! Nistgħu nkunu ċerti li l-wegħdi t’affarijiet tajbin li se ġġib is-Saltna t’Alla se jiġru żgur. Il-mirakli li għamel Ġesù meta kien fuq l-art juruna dak li se jagħmel mad-dinja kollha bħala r-Re tas-Saltna t’Alla. w23.04 3 ¶5-7

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

It-Tlieta, 2 taʼ Settembru

“L-ispirtu jgħarbel kollox, saħansitra l-affarijiet profondi t’Alla.”—1 Kor. 2:10.

Jekk fil-kongregazzjoni tiegħek hemm ħafna aħwa u taħseb li l-ħu ma jqabbdekx spiss, forsi ġieli ħsibt biex ma tibqax tipprova. Imma tiqafx tipprova tikkummenta. Ipprepara xi ftit kummenti għal-laqgħa. Imbagħad, jekk ma jqabbdukx tikkummenta fil-bidu, se jkollok ċans iktar tard. Meta tkun qed tipprepara l-Istudju taʼ It-Torri tal-Għassa, aħseb kif il-paragrafu jaqbel mat-tema tal-artiklu. Jekk tagħmel hekk, se ssib kummenti tajbin li tkun tistaʼ taqsam matul l-istudju kollu. Barra minn hekk, tistaʼ tipprepara kumment fuq paragrafi li jkun fihom tagħlim tal-Bibbja iktar diffiċli biex tispjegah. Għala? Għax forsi jkun hemm inqas aħwa li jikkummentaw f’dawn il-paragrafi. Imma x’tistaʼ tagħmel jekk għaddew ftit laqgħat, u xorta ma kellekx l-opportunità li tikkummenta? Qabel il-laqgħa għid il-ħu li jkun se jikkonduċi l-istudju f’liema paragrafu tixtieq twieġeb. w23.04 21-22 ¶9-10

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

L-Erbgħa, 3 taʼ Settembru

Ġużeppi għamel bħalma kien qallu l-anġlu taʼ Ġeħova, u ħa lil martu d-dar.—Mat. 1:24.

Ġużeppi kien lest li jobdi d-direzzjoni taʼ Ġeħova, u dan għenu jkun raġel miżżewweġ aħjar. Alla tah xi struzzjonijiet dwar il-familja tiegħu minn tal-inqas tliet darbiet. Kull darba, Ġużeppi obda mill-ewwel, anki meta kien diffiċli għalih. (Mt. 1:20; 2:​13-15, 19-21) Peress li obda d-direzzjoni taʼ Ġeħova, Ġużeppi pproteġa lil Marija u ħa ħsiebha. Wisq probabbli, dan ġiegħel lil Marija tħobb u tirrispetta ħafna iktar lil Ġużeppi. Irġiel miżżewġin, intom tistgħu timitaw lil Ġużeppi billi tfittxu pariri mill-Bibbja biex tieħdu ħsieb il-familja tagħkom. Meta tapplikaw dawn il-pariri, anki jekk ikollkom tagħmlu xi bidliet, tkunu qed turu li tħobbu lill-mara u ssaħħu ż-żwieġ tagħkom. Oħt minn Vanuatu, li ilha miżżewġa iktar minn 20 sena, tgħid: “Meta r-raġel tiegħi jara x’inhi d-direzzjoni taʼ Ġeħova u japplikaha, jien nirrispettah iżjed. Jien inħossni protetta u ma niddubitax id-deċiżjonijiet li jieħu.” w23.05 21 ¶5

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja