LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 9 p. 28-p. 29
  • Sa fl-aħħar għandna iben!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Sa fl-aħħar għandna iben!
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Alla sejħilha “Prinċipessa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Abraham u Sara—Int Tistaʼ Timita l-Fidi Tagħhom!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • Kemm “int mara sabiħa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Alla Jgħaddi l-Fidi t’Abraham Minn Prova
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 9 p. 28-p. 29
Sara qed tismaʼ minn ġewwa l-kamp waqt li l-anġli qed jitkellmu maʼ Abraham

LEZZJONI 9

Sa fl-aħħar għandna iben!

Abraham u Sara kienu ilhom miżżewġin għal ħafna snin. Huma kienu ħallew id-​dar komda tagħhom f’Ur u kienu qed jgħixu f’kamp. Imma Sara ma qagħditx tgerger, għax fdat f’Ġeħova.

Sara tant riedet li jkollha t-​tfal li qalet lil Abraham: ‘Jekk il-​qaddejja tiegħi Ħagar ikollha tarbija minnek, jien inqisha daqslikieku tiegħi.’ Wara xi żmien, Ħagar kellha tifel. Kien jismu Ismagħel.

Sara ħarġet tqila

Ħafna snin wara, meta Abraham kellu 99 sena u Sara kellha 89 sena, ġew iżuruhom tlett irġiel. Abraham stidinhom biex jistrieħu taħt siġra u jieklu xi ħaġa flimkien. Taf min kienu dawn l-​irġiel? Kienu anġli! Huma qalu lil Abraham: ‘Bħal daż-​żmien sena, int u martek ikollkom iben.’ Sara kienet qed tismagħhom minn ġewwa l-​kamp. Hi bdiet tidħaq u qalet f’qalbha: ‘Kif jistaʼ jkun li jien, fl-​età tiegħi, ikolli tarbija?’

Is-​sena taʼ wara, Sara welldet iben, eżatt kif l-​anġlu taʼ Ġeħova kien wiegħed. Abraham semmieh Iżakk, li jfisser “Daħq.”

Meta Iżakk kellu madwar ħames snin, Sara rat lil Ismagħel iwaqqgħu għaċ-​ċajt. Hi riedet tipproteġi lil binha, u allura tkellmet maʼ Abraham u talbitu biex Ħagar u Ismagħel jitilqu. Għall-​ewwel, Abraham ma riedx jagħmel dan. Anke Ġeħova ried jipproteġi lil Iżakk, u allura qal lil Abraham: ‘Ismaʼ minn Sara. Lil Ismagħel se nieħu ħsiebu jien. Għax hu permezz taʼ Iżakk li l-​wegħdi tiegħi se jitwettqu.’

Sara żżomm lil Iżakk waqt li Ħagar u Ismagħel jitilqu

“Bil-​fidi wkoll Sara rċiviet qawwa biex toħroġ tqila b’nisel, . . . peress li qisitu leali lil dak li għamel il-​wegħda.”—Ebrej 11:11

Mistoqsijiet: Sara x’semgħethom jgħidulu l-​anġli lil Abraham? Ġeħova kif ipproteġa lil Iżakk?

Ġenesi 16:1-4, 15, 16; 17:25-27; 18:1-15; 21:1-14; Ebrej 11:11

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja