LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g88 4/8 p. 25
  • “Daqs l-Istilel tas-Sema”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Daqs l-Istilel tas-Sema”
  • Stenbaħ!—1988
  • Materjal Simili
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Ħolqien Ixandar il-Glorja t’Alla!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Stenbaħ!—1988
g88 4/8 p. 25

“Daqs l-Istilel tas-Sema”

Alla wiegħed lil Abraham: “Jien żgur li nbierkek u nżid lid-dixxendent tiegħek daqs l-istilel tas-sema u r-ramel f’xatt il-baħar.” (Ġenesi 22:17) Artiklu f’magazine li jitkellem dwar il-Bibbja, jismu Bible Review, qal li dan il-vers mhux korrett.

Il-Bibbja hija korretta meta tqabbel il-kwantità taʼ stilel mar-ramel taʼ fejn il-baħar. Meta nkiteb dan il-vers, in-nies kienu għadhom ma jafux li fis-sema hemm biljuni taʼ stilel. Il-magazine Bible Review jgħid: “B’għajnejna ma nistgħux naraw l-istilel kollha li hemm fis-sema. L-astronomi jgħidu li mingħajr teleskopju nistgħu naraw biss bejn 2,000 u 4,000 stilla.” The World Book Encyclopedia jgħid li “n-nies jistgħu jaraw madwar 6,000 stilla mingħajr teleskopju.”

Allura, wieħed kif jistaʼ jispjega kemm kienet eżatta l-Bibbja meta ġabet dan l-eżempju? Spjegazzjoni waħda hi li l-Bibbja ‘ġejja minn Alla.’ (2 Timotju 3:16) L-artiklu fil-Bible Review prova juri li dan mhux vera billi qal li Abraham x’aktarx kien astronomu! Wara li ħarġu b’din it-teorija, huma staqsew: “Jistaʼ jkun li fl-antik kellhom teleskopji biex ikunu jistgħu jaraw l-istilel li ma setgħux jaraw b’għajnejhom stess?” Biex isaħħu din it-teorija, l-artiklu semma li f’Ninwe u f’postijiet oħra taʼ dak iż-żmien kienu sabu l-kristalli u jistaʼ jkun li dawn intużaw bħala lenti.

Però, m’hemm l-ebda prova li n-nies taʼ dak iż-żmien kienu jużaw it-teleskopju. U anki jekk kienu jeżistu, x’evidenza hemm li Abraham jew in-nies taʼ dak iż-żmien kellhom wieħed? Il-wegħda li Alla għamel m’Abraham hi waħda mill-ħafna wegħdi li juru kemm il-Bibbja taqbel max-xjenza. Fil-fatt, il-profeta Ġeremija kiteb: “Ma tistgħux tgħoddu l-istilel tas-sema u ma tistgħux tkejlu r-ramel tal-baħar.”—Ġeremija 33:22.

[Sors tal-Istampa f’paġna 25]

NASA photos

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja