LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 2/15 p. 32
  • “Xi Jfisser it-Trijanglu Vjola?”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Xi Jfisser it-Trijanglu Vjola?”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 2/15 p. 32

“Xi Jfisser it-​Trijanglu Vjola?”

“XI FTIT tal-​ġranet ilu rċivejt kopja tat-​Torri taʼ l-​Għassa mingħand waħda mix-​Xhieda taʼ Ġeħova,” kiteb impjegat taċ-​ċivil li jaħdem fil-​ministeru tal-​ġustizzja f’Seoul, ir-​Repubblika tal-​Korea. Hu kompla: “Jien u naqra, tgħallimt xi ftit fatti dwar il-​persekuzzjoni tax-​Xhieda taʼ Ġeħova taħt ir-​reġim Nazista u r-​reġim Komunista. Iżda għandi mistoqsija. Fuq ir-​ritratt tal-​qoxra taʼ quddiem hemm ix-​Xhieda taʼ Ġeħova li għandhom trijanglu vjola bil-​ponta ’l isfel fuq in-​naħa tax-​xellug tal-​ġakketta tagħhom. Xi jfisser it-​trijanglu vjola?”

Taħt ir-​reġim Nazista fil-​Ġermanja, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova rrifjutaw li jsellmu lil Hitler u żammew in-​newtralità fi kwistjonijiet politiċi u militari. Għalhekk, in-​Nazisti ppersegwitawhom b’mod kiefer u tefgħu madwar 12,000 Xhud ġo ħabsijiet u kampijiet tal-​konċentrament għal tul taʼ żmien differenti. Minn dawn mietu madwar 2,000 ruħ. Fost dawn kien hemm mijiet li ġew maqtulin.

X’kien ifisser it-​trijanglu vjola fuq l-​uniformi tagħhom? “Il-​priġunieri taʼ diversi kategoriji fil-​kampijiet [Nazisti] kienu jiġu identifikati minn marki speċjali li kellhom,” jispjega l-​ktieb Anatomy of the SS State (Anatomija taʼ l-​Istat SS). “Is-​sistema regulari taʼ mmarkar, li ġiet introdotta qabel il-​gwerra, ikkonsistiet f’biċċa drapp forma taʼ trijanglu meħjuta fuq l-​uniformi taʼ kull priġunier u l-​kulur tagħha kien jiddependi mill-​kategorija: għall-​priġunieri politiċi, aħmar; għax-​Xhieda taʼ Ġeħova, vjola; għal dawk anti-soċjali, iswed; għall-​kriminali, aħdar; għall-​omosesswali, roża; għall-​emigranti, blu. Flimkien mat-​trijanglu kulurit, il-​priġunieri Lhud kienu mġagħlin jilbsu trijanglu isfar meħjut fuq it-​trijanglu kulurit b’tali mod li jifforma l-​Istilla taʼ David b’sitt ponot.”

“Jekk it-​tifsira morali hija mfakkra tul iż-​żminijiet,” kiteb il-​Professur John K. Roth fil-​ktieb tiegħu Holocaust Politics (Politika taʼ l-​Olokawst), “it-​trijanglu vjola jistaʼ jkun tarka kontra d-​diżastru, tarka li għandha ponot trijangulari li jiġbdu l-​attenzjoni u l-​impenn tagħna lejn it-​tajjeb li tant jistħoqqlu rispett uman.” Id-​dokumentarju bl-​isem Jehovah’s Witnesses Stand Firm Against Nazi Assault (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jieqfu Sodi Kontra l-​Attakki tan-​Nazi) li pproduċew ix-​Xhieda taʼ Ġeħova rebaħ premju. Għala ma tistaqsix lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova u tara jekk jistax jagħmel xi arranġamenti biex tara dan il-​vidjo?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja