-
Nota lill-ĠenituriNitgħallem mill-Bibbja
-
-
Nota lill-Ġenituri
X’inhi l-aqwa għotja li tistgħu tagħtu lil uliedkom? Huma jeħtieġu ħafna affarijiet, inkluż l-imħabba, il-gwida, u l-protezzjoni tagħkom. Imma żgur li l-iktar għotja prezzjuża li tistgħu tagħtuhom hi l-għarfien dwar Ġeħova u dwar il-veritajiet li nsibu fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja. (Ġwanni 17:3) Dan l-għarfien jistaʼ jgħin lil uliedkom isiru jħobbu lil Ġeħova u jaqduh b’qalbhom kollha, saħansitra minn età żgħira.—Mattew 21:16.
Ħafna ġenituri sabu li t-tfal żgħar jitgħallmu l-iktar minn lezzjonijiet u attivitajiet qosra. Għalhekk, hu l-pjaċir tagħna li nipprovdu din il-pubblikazzjoni, Nitgħallem mill-Bibbja. Kull lezzjoni ġiet imħejjija biex tgħallem b’mod sempliċi. L-istampi u l-kliem ġew imħejjijin speċifikament għal tfal minn tliet snin ’l isfel. Ġew inklużi xi suġġerimenti għal attivitajiet. Il-ktieb Nitgħallem mill-Bibbja mhuwiex xi ġugarell biex it-tfal jilagħbu bih. Minflok, ġie mħejji biex taqrah flimkien maʼ wliedek, u b’hekk tinkuraġġixxi l-komunikazzjoni.
Aħna ċerti li din il-pubblikazzjoni se tgħinkom tgħallmu lil uliedkom veritajiet mill-Bibbja ‘minn mindu jkunu trabi.’—2 Timotju 3:14, 15.
Ħutkom,
Il-Ġemgħa li Tiggverna tax-Xhieda taʼ Ġeħova
-
-
Lezzjoni 1Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 1
Min għamel l-art, il-baħar, u l-baleni kbar?
Min ħalaq lill-bnedmin
mill-kbar saż-żgħar?
Min ħalaq il-farfett li jtir ’l hemm u ’l hawn?
Kien Alla Ġeħova li ħalaq kulma naraw.
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
L-istilel Is-sħab Ix-xemx
Id-dar L-art Id-dgħajsa
Il-baħar Il-farfett
Staqsi lil uliedek:
X’jismu Alla?
Ġeħova fejn jgħix?
X’ħalaq?
-
-
Lezzjoni 2Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 2
Ara l-annimali ħdejn l-arka taʼ Noè.
Liema minnhom jinbaħ, u liema jagħmel mee?
Kien hemm ħafna annimali—il-kelb, l-ors, il-ħanżir . . .
L-arka taʼ Noè salvathom kollha—miż-żgħir sal-kbir.
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
L-ors Il-kelb L-iljunfant
Il-ġiraffa L-iljun Ix-xadina
Il-ħanżir In-nagħġa
Iż-żebra Il-qawsalla
Għid lil uliedek jimitaw il-ħoss taʼ dawn l-annimali:
Kelb Iljun Xadina
Ħanżir Nagħġa
-
-
Lezzjoni 3Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 3
L-1 Pietru 3:8
Matthew jsir jaf li l-ħabib marid.
Hu joqgħod jaħseb dwar x’għandu jsir.
“Se niħodlu ittra d-dar ħalli jħossu ftit aħjar. Jekk nagħmel hekk żgur jieħu pjaċir!”
Uri qalb tajba, u t-tnejn tkunu ferħanin!
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
L-1 Pietru 3:8
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
Id-dar Il-mejda Matthew
Ix-xemx L-għasfur Is-siġra
Staqsi lil uliedek:
Taf b’xi ħadd li ma jiflaħx?
Kif nistgħu ngħinuh iħossu aħjar?
-
-
Lezzjoni 4Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 4
Amy ma tistax toħroġ
għax ix-xita u r-riħ.
“Uff, xi dwejjaq!
Kemm nixtieq li t-temp kien iktar sabiħ.”
Wara ftit toħroġ ix-xemx;
Amy ferħana se ttir.
“Issa noħroġ nilgħab ftit.
Hekk ħafna aħjar—xi pjaċir!”
Toħroġ tilgħab barra, u tara hemm fil-ġnien ħaġa wisq sabiħa li tħalliha bla kliem.
“Ma kontx naf li x-xita li Alla jagħtina tkabbar fjuri tant sbieħ hawnhekk fil-ġardina!”
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
It-tieqa L-għasfur Amy
Is-siġra Il-fjuri
Sibu l-affarijiet moħbijin.
In-nannakola L-ajruplan
Staqsi lil uliedek:
Ġeħova għala ħalaq ix-xita?
-
-
Lezzjoni 5Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 5
Jekk ħabib jaħseb fik u jagħtik rigal sabiħ, tistaʼ tagħtih tbissima u tgħanniqa minnufih!
Imma taf x’m’għandekx tinsa meta tkun qed tagħmel dan? Li tgħidlu “Grazzi ħafna! Tgħidx kemm għamiltni ferħan!”
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
Ir-rigal It-tifel
Il-bieb L-ikel
Sibu l-affarijiet moħbijin.
It-tuffieħa It-telefown
Staqsi lil uliedek:
Għala hu tajjeb li tgħid “Grazzi”?
-
-
Lezzjoni 6Nitgħallem mill-Bibbja
-
-
Lezzjoni 6
Ċaqlaq subgħajk taʼ saqajk u jdejk.
Urini mnieħrek, għajnejk, u widnejk.
Ara saqajk kemm huma tajbin għall-ġiri, għal-logħob, għall-qbiż, u għaż-żfin!
Ħares fil-mera, ħares naqra sew.
Ġeħova ħalaq kollox b’mod tal-għaġeb tassew!
ATTIVITAJIET
Aqra lil uliedek:
Għid lil uliedek jippontaw lejn:
Is-swabaʼ taʼ jdejhom
Is-swabaʼ taʼ saqajhom
Imneħirhom Għajnejhom
Widnejhom Ħalqhom
Sibu l-affarijiet moħbijin.
Il-granċ Il-qattus
Staqsi lil uliedek:
Min ħalaqna?
-