LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 8/15 pp. 8-9
  • Ferħanin Ħafna li Tgħallmu Jaqraw!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ferħanin Ħafna li Tgħallmu Jaqraw!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 8/15 pp. 8-9

Ferħanin Ħafna li Tgħallmu Jaqraw!

F’XI partijiet tal-​Gżejjer Solomon, sa 80 fil-​mija minn dawk li huma Xhieda taʼ Jehovah kellhom jiffaċċjaw diffikultà kbira minħabba li ma jafux jaqraw u jiktbu. Dan mhux biss illimita l-​parteċipazzjoni tagħhom fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni taʼ kull ġimgħa iżda wkoll għamilhielhom iktar diffiċli li jgħallmu l-​veritajiet tas-​Saltna lil oħrajn. Huwa verament possibbli li adulti li qatt ma messew lapes b’idhom isiru jafu jaqraw u jiktbu?

Il-browxer Apply Yourself to Reading and Writing, pubblikat mix-​Xhieda taʼ Jehovah, intuża fil-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba kważi f’kull kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah madwar il-​Gżejjer Solomon. L-​esperjenzi li ġejjin huma biss ftit eżempji taʼ kif mijiet ngħataw l-​għajnuna sabiex jitjiebu u jsiru iktar kapaċi permezz taʼ dan il-​programm. Iktar importanti minn hekk, il-​fatt li tgħallmu jaqraw għenhom jagħtu xiehda aħjar dwar il-​fidi tagħhom.—1 Pietru 3:15.

Waħda missjunarja li ġiet inkarigata taqdi f’kongregazzjoni b’iktar minn mitt pubblikatur tas-​Saltna, innotat li fl-​istudju tal-​Bibbja li jsir kull ġimgħa taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa, ftit kienu dawk li kellhom il-​kopja tagħhom tar-​rivista u saħansitra inqas kienu l-​uħud li kkummentaw. X’kienet ir-​raġuni? Ma kinux tgħallmu jaqraw u jiktbu. Meta sar avviż fil-​kongregazzjoni li se tiġi fformata skola għat-​tagħlim tal-​qari u l-​kitba, il-​missjunarja offriet ruħha bil-​ferħ biex tgħallem. Għall-​ewwel, ftit studenti biss marru, iżda malajr bdew jattendu iktar minn 40 persuna taʼ kull età.

X’kienu r-​riżultati? Il-​missjunarja tirrakkonta: “Ftit wara li nbdew il-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba, mort sas-​suq fis-​sitta taʼ fil-​għodu sabiex nixtri l-​ikel għad-​dar missjunarja. Hemmhekk rajt lil xi wħud mill-​istudenti, anki lil dawk li għadhom żgħar ħafna, ibigħu l-​ġewż taʼ l-​Indji u l-​ħaxix. Għala? Għaliex riedu li jkollhom flus biżżejjed ħalli jixtru biro u pitazz biex jużawhom fil-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba! Ukoll, min attenda għal dawn il-​lezzjonijiet ġie mqanqal li jkollu kopja persunali tar-​rivista t-​Torri taʼ l-​Għassa.” Hi żżid: “Issa matul l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​kongregazzjoni, kemm il-​kbar kif ukoll iż-​żgħar jieħdu sehem, u d-​diskussjonijiet tagħna huma verament vivaċi.” Din il-​missjunarja ferħet b’mod speċjali meta erbgħa mill-​istudenti staqsewha jekk setgħux jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar pubbliku, u kif poġġewha huma, ma kinux għadhom “beżgħanin.”

L-​effetti pożittivi li l-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba ħallew fuq l-​istudenti ma kinux biss fil-​qari u l-​kitba. Per eżempju, għal snin sħaħ il-​mara taʼ wieħed Xhud li m’hijiex taʼ l-​istess twemmin kienet toħloq l-​inkwiet lill-​kongregazzjoni. Kienet titfaʼ l-​ġebel lin-​nies maʼ l-​inqas provokazzjoni u saħansitra tattakka nisa oħrajn b’biċċa njama. Meta kultant kienet tattendi l-​laqgħat Kristjani maʼ żewġha, tant kienet tgħir għalih li kellu jibda jilbes nuċċali tax-​xemx ħalli ma tkunx tistaʼ takkużah li qed iħares lejn nisa oħra.

Madankollu, ftit wara li bdew il-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba, din il-​mara staqsiet bil-​kalma: “Nistaʼ ningħaqad mal-​klassi?” It-​tweġiba kienet iva. Minn dakinhar ’il quddiem qatt ma tilfet lezzjoni jew laqgħa tal-​kongregazzjoni. Hi ħadmet iebes fil-​lezzjonijiet tal-​qari tagħha u għamlet progress inkredibbli, u dan għamilha ferħana ħafna. Ir-​rikjesta li għamlet wara kienet: “Tistgħu tagħmluli studju tal-​Bibbja?” Ir-​raġel tagħha bil-​ferħ beda jistudja magħha, u hi għadha qed tagħmel progress fil-​qari u l-​kitba u fl-​għarfien tal-​Bibbja.

Għal xi ħadd taʼ 50 sena li qatt ma qabad lapes b’idu, il-​fatt li jżomm il-​lapes u jifforma l-​ittri taʼ l-​alfabet jistaʼ jkun taʼ sfida enormi. Xi wħud jitilgħulhom l-​infafet f’subgħajhom daqskemm jagħfsu l-​lapes fuq il-​karta meta jibdew jitgħallmu. Wara ġimgħat sħaħ jissieltu biex jitgħallmu jżommu u jużaw il-​lapes, xi studenti jesklamaw bi tbissima mċarrta: “Nistaʼ nikteb ħafif ħafif fuq il-​karta!” Meta jaraw il-​progress taʼ l-​istudenti, l-​għalliema jifirħu wkoll. Waħda għalliema qalet: “Meta ngħallem il-​lezzjonijiet inħoss ferħ kbir, u l-​apprezzament ġenwin taʼ l-​istudenti għal dan il-​provvediment mingħand Jehovah spiss jintwera permezz taʼ applaws fl-​aħħar tal-​lezzjoni.”

Dawn ix-​Xhieda li issa jafu jaqraw u jiktbu qed jifirħu, flimkien mal-​missjunarji. Għala? Għaliex issa jistgħu jużaw l-​abbiltà tagħhom li jaqraw u jiktbu sabiex jonoraw lil Jehovah.

[Stampi f’paġna 8, 9]

Kemm il-​kbar kif ukoll iż-​żgħar japprezzaw il-​lezzjonijiet tal-​qari u l-​kitba

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja