LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 1/1 p. 6
  • 3 Alla Jagħmel Vendetta—Huwa Minnu Dan?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 3 Alla Jagħmel Vendetta—Huwa Minnu Dan?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar id-Diżastri Naturali?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Huma d-Diżastri Naturali Kastig Minn Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • X’Inhi l-​Verità dwar Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Tixtieq tkun taf il-​verità?
    Tixtieq Tkun Taf il-Verità?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 1/1 p. 6

3 Alla Jagħmel Vendetta​—Huwa Minnu Dan?

Dak li għandek mnejn smajt: “Alla jżomm kont taʼ kull dnub u jħallas lura lin-​nies b’kastig dejjiemi fin-​nar tal-​infern.”

“Alla jikkastiga lill-​midinbin b’diżastri naturali.”

Dak li tgħallem il-​Bibbja: It-​2 Pietru 3:9 jgħid li Ġeħova “ma jixtieqx li xi ħadd jinqered imma jixtieq li kulħadd jasal għall-​indiema.” Minflok ma jiffoka fuq l-​iżbalji tagħna, hu jiffoka fuq il-​kwalitajiet tajbin tagħna. Għajnejn Alla “jiġru ’l hemm u ’l hawn maʼ l-​art kollha biex juri s-​saħħa tiegħu għan-​nom taʼ dawk li qalbhom hi sħiħa lejh.”—2 Kronaki 16:9.

In-​nar tal-​infern mhuwiex tagħlim Bibliku—l-​idea nfisha taʼ turment etern hi mistkerrha għal Alla. L-​akbar kastig tiegħu għal dawk mill-​agħar hu li jiħdilhom l-​għotja tal-​ħajja. (Ġeremija 7:31; Rumani 6:7) U d-​diżastri naturali, li jeqirdu kif ġie ġie, mhumiex atti t’Alla imma, minflok, huma ġrajjiet mhux mistennijin li jistgħu jeffettwaw lil kulħadd.—Ekkleżjasti 9:11.

Kif jgħinek il-​fatt li tkun taf il-​verità: Nistgħu nersqu eqreb lejn Alla meta nirrikonoxxu li hu ‘lest li jaħfer’ u mhux ħafif biex jikkundanna. (Salm 86:5) M’għandniex naqdu lil Alla minħabba li nħossuna ħatjin jew għax nibżgħu ħafna mill-​kastig. Minflok, nistgħu nibnu l-​fidi tagħna bl-​aqwa motiv—imħabba għal Ġeħova. Imħabba bħal din isservi bħala qawwa inkuraġġanti li tqanqalna biex nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex nogħġbuh.—Mattew 22:36-​38; 1 Ġwanni 5:3.

Filwaqt li Alla jixtieq li kulħadd jagħmel it-​tajjeb, hu jaf li ħafna qatt ma se jagħmlu hekk. Jekk hu qatt ma jaġixxi kontra dawk li huma determinati li jagħmlu affarijiet ħżiena, allura jkun l-​istess bħal ħakkiem li jagħmel liġijiet mingħajr ma jinforzahom, u b’hekk iħalli l-​inġustizzja u t-​tbatija joktru għal dejjem. (Ekkleżjasti 8:11) Il-​fatt li nafu li Alla mhux se jittollera l-​ħażen għal dejjem jagħtina tama soda għall-​futur. Alla wiegħed li jneħħi lil dawk li jibqgħu jagħmlu għemejjel ħżiena, sabiex “il-​ġwejdin” ikunu jistgħu jgawdu ħajja taʼ dejjem fuq l-​art bħalma ried oriġinarjament.—Salm 37:10, 11, 29.a

[Nota taʼ taħt]

a Biex issir taf iktar dwar kif Alla se jagħmel l-​art ġenna, ara kapitli 3 u 8 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament?

[Kumment f’paġna 6]

Irid Alla li nqimuh għax nibżgħu mill-​kastig?

[Sors tal-Istampa f’paġna 6]

Tinqix minn Doré

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja