-
Għala l-Ħażen Għadu JeżistiIt-Torri tal-Għassa—2007 | Settembru 15
-
-
Il-Bibbja tgħidilna x’ġara. Billi uża serp bħala l-kelliemi tiegħu, Satana x-Xitan avviċina lil Eva u qalilha: “Tassew li Alla qalilkom: ‘La tiklux mis-siġar kollha tal-ġnien’?” Meta Eva rripetiet il-kmand t’Alla, Satana qalilha: “Le, żgur ma tmutux. Imma Alla jaf li dak in-nhar li tieklu minnu jinfetħu għajnejkom u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.” B’konsegwenza taʼ dan, is-siġra tant dehret attraenti għal Eva li hi “ħadet mill-frott u kielet.” Ir-rakkont ikompli: “Imbagħad tat ukoll lil żewġha, li kien magħha, u kiel.” (Ġenesi 3:1-6) B’hekk, kemm Adam u kemm Eva użaw ħażin il-libertà taʼ l-għażla tagħhom u dinbu billi m’obdewx lil Alla.
Qed taraha s-serjetà taʼ dak li ġara? Ix-Xitan ikkontradixxa dak li Alla kien qal lil Adam. Bi kliemu Satana kien qed jgħid li Adam u Eva ma kellhomx bżonn lil Ġeħova sabiex jiddeċiedu dak li hu tajjeb u dak li hu ħażin għalihom. Għalhekk, l-isfida taʼ Satana qajmet dubju dwar id-dritt u l-bażi tal-ħakma taʼ Ġeħova fuq il-bnedmin. B’hekk, il-kwistjoni importanti li qajjem Satana kienet dwar jekk Ġeħova għandux id-dritt li jaħkem lill-umanità. L-Alla l-veru kif wieġeb għall-isfida?
-
-
Għala l-Ħażen Għadu JeżistiIt-Torri tal-Għassa—2007 | Settembru 15
-
-
Ukoll, Satana qal lil Eva: “Alla jaf li dak in-nhar li tieklu minnu [mill-frott tas-siġra projbita] jinfetħu għajnejkom [kemm taʼ Eva u kemm taʼ Adam] u ssiru bħal allat, li jafu t-tajjeb u l-ħażin.” (Ġenesi 3:5) B’dan il-kliem qarrieq, Satana ta lill-bnedmin opportunità falza biex jaħkmu fuqhom infushom. Bl-iskop li jiżvija lill-bnedmin, Satana qalilhom li kienu se jkunu aħjar jekk ikunu indipendenti minn Alla. Wera dan li kien minnu?
Matul l-istorja, imperi ġew u telqu. Ġie provat kull tip taʼ gvern uman possibbli. Madankollu, għal darba wara l-oħra seħħew affarijiet mill-agħar lill-familja umana. Xi 3,000 sena ilu, kittieb Bibliku b’mod għaqli kkonkluda: “Bniedem jaħkem fuq ieħor u jagħmillu l-ħsara.” (Koħèlet 8:9) Il-profeta Ġeremija kiteb: “Anqas min jimxi ma jistaʼ jiddirieġi l-passi tiegħu.” (Ġeremija 10:23) Anki żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi fi snin reċenti ma ċaħdu l-verità taʼ dawn l-istqarrijiet. Iż-żmien wera biss li dawn l-osservazzjonijiet huma minnhom.
-