-
“Ħallu s-sabar iwettaq xogħlu għalkollox”It-Torri tal-Għassa (Studju)—2016 | April
-
-
12. X’nitgħallmu mill-eżempju tal-kerubini li tqiegħdu fl-Għeden?
12 Il-kerubini huma anġli taʼ pożizzjoni għolja. Wara li Adam u Eva dinbu, Ġeħova ta lil xi kerubini inkarigu ġdid fuq l-art. Kien differenti ħafna mill-inkarigu li kellhom fis-sema. L-eżempju tagħhom jistaʼ jgħallimna kif nistgħu nissaportu meta jkollna inkarigu diffiċli. Il-Bibbja tgħid li Ġeħova “fil-lvant tal-ġnien taʼ l-Għeden qiegħed il-kerubini u x-xafra taqbad taʼ xabla li kienet iddur kontinwament biex tgħasses it-triq lejn is-siġra tal-ħajja.”[2] (Ara n-nota fl-aħħar.) (Ġenesi 3:24) Il-Bibbja ma tgħidx li l-kerubini gergru jew ħassew li kienu importanti wisq biex iwettqu l-inkarigu ġdid tagħhom. Ma ddejqux jew qatgħu qalbhom. Anzi, huma baqgħu fl-inkarigu tagħhom sakemm tlesta x-xogħol tagħhom, forsi fi żmien id-Dulluvju, iktar minn 1,600 sena wara!
-
-
“Ħallu s-sabar iwettaq xogħlu għalkollox”It-Torri tal-Għassa (Studju)—2016 | April
-
-
^ [2] (paragrafu 12) Il-Bibbja ma tgħidx kemm kien hemm kerubini li ġew inkarigati biex jagħmlu dan.
-