-
Fittex lil Jehovah għall-FaraġIt-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
-
-
6. (a) Alla liema wegħda li tfarraġ għamel wara l-waqgħa tal-bnedmin fid-dnub? (b) Liema profezija rigward il-faraġ lissen Lamek?
6 Meta qataʼ s-sentenza kontra x-xewwiexi tar-ribelljoni tal-bniedem, Jehovah ta prova li hu dak “Alla, li minnu ġej kull sabar u faraġ.” (Rumani 15:5) Hu għamel dan billi wiegħed li jibgħat “żerriegħa” li kellu eventwalment jeħles lin-nisel t’Adam mill-effetti diżastrużi tar-ribelljoni t’Adam. (Ġenesi 3:15, NW) Maż-żmien, Alla pprovda wkoll leħħiet taʼ dawl bil-quddiem dwar dan il-ħelsien. Per eżempju, ispira lil Lamek, dixxendent mill-bogħod t’Adam minn ibnu Set, biex jipprofetizza fuq dak li kellu jagħmel iben Lamek: “Dan għad iserraħna mit-taħbit tagħna u mix-xogħol iebes taʼ idejna minħabba l-art misħuta mill-Mulej.” (Ġenesi 5:29) F’armonija maʼ din il-wegħda, it-tifel ġie msemmi Noè, li hu mifhum li jfisser “Mistrieħ” jew “Konsolazzjoni.”
-
-
Fittex lil Jehovah għall-FaraġIt-Torri tal-Għassa—1996 | Novembru 1
-
-
8 Jehovah qatagħha li jeqred lil dik id-dinja mill-agħar permezz taʼ dilluvju globali, imma l-ewwel ġiegħel lil Noè jibni arka biex jippreserva l-ħajja. B’hekk, ir-razza umana u l-annimali taʼ kull speċi ġew salvati. Min jaf x’serħan ħassew Noè u l-familja tiegħu wara d-Dilluvju hekk kif ħarġu mill-arka għal fuq art imnaddfa! Kemm kien taʼ faraġ li jsibu li s-saħta fuq l-art tneħħiet, u din għamlet l-attività agrikola ferm eħfef! Tabilħaqq, il-profezija taʼ Lamek tat prova li kienet vera, u Noè rnexxielu jwettaq dak li jfisser ismu. (Ġenesi 8:21) Bħala qaddej leali t’Alla, Noè sewa biex iwassal doża taʼ “faraġ” lill-umanità. Madankollu, l-influwenza mill-agħar taʼ Satana u l-anġli demoniċi tiegħu ma ntemmitx mad-Dilluvju, u l-umanità għadha titniehed taħt it-toqol tad-dnub, tal-mard, u tal-mewt.
-