LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Xi Ħaġa Akbar mit-Teżori taʼ l-Eġittu
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • F’ħakka t’għajn Mirjam kienet ħdejha. ‘Tridx immur insejjaħ waħda min-​nisa Ebrej biex treddagħlek it-​tarbija?’ staqsietha. Xi wħud jaraw ironija kbira f’din is-​silta. Oħt Mosè qiegħda f’kuntrast maʼ Fargħun, li kkonfoffa mal-​kunsillieri tiegħu biex jimxu “bil-​għaqal” maʼ l-​Ebrej. M’għandniex xi ngħidu, kien biss meta l-​prinċipessa aċċettat il-​pjan t’oħtu li Mosè nħeles mill-​periklu. “Mur!” wieġbet bint Fargħun, u Mirjam f’ħakka t’għajn sejħet lil ommha. F’dan il-​ftehim straordinarju, Ġokebed ġiet mikrija biex trabbi lil binha stess bil-​protezzjoni rjali.—Eżodu 2:​5-9.

  • Xi Ħaġa Akbar mit-Teżori taʼ l-Eġittu
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • [Kaxxa f’paġna 11]

      Kuntratti għal Dawk li Jreddgħu

      L-​ommijiet ġeneralment kienu jreddgħu lil uliedhom stess. Madankollu, jgħid l-​istudjuż Brevard Childs fil-​Journal of Biblical Literature, “f’ċerti każi fost il-​familji nobbli [fil-Lvant qarib] kienu jikru mara biex treddgħalhom it-​tarbija. Din id-​drawwa kienet komuni wkoll meta l-​omm ma kinitx tkun tistaʼ treddaʼ lit-​tarbija tagħha jew inkella meta ma kinux ikunu jafu min hi l-​omm. Dik li tinkera biex treddaʼ lit-​tarbija kienet tieħu r-​responsabbiltà li trabbi lit-​tarbija kif ukoll li treddagħha matul il-​perijodu stipulat.” Mill-​antikitajiet tal-​Lvant Qarib għadhom jeżistu diversi kuntratti fuq il-​papiru taʼ dawn in-​nisa li jreddgħu. Dawn id-​dokumenti huma xiehda taʼ dik li kienet drawwa komuni mill-​perijodu Sumerjan sa l-​aħħar perijodu Ellenistiku fl-​Eġittu. Xi karatteristiċi komuni f’dawn id-​dokumenti huma stqarrija taʼ l-​individwi li kienu jkunu involuti, iż-​żmien kopert mill-​kuntratt, il-​kundizzjonijiet tax-​xogħol, speċifikazzjonijiet dwar in-​nutriment, multi jekk jinkiser il-​kuntratt, il-​pagi, u l-​mod kif kienu jitħallsu dawn il-​pagi. Normalment, “iż-​żmien li fih tarbija kienet tiġi mreddaʼ kien perijodu minn sentejn sa tlieta,” jispjega Childs. “Dik mikrija biex treddaʼ lit-​tarbija kienet tiħodha magħha biex trabbiha f’darha, imma kultant kien mitlub li t-​tarbija tittieħed għand sidha biex tiġi spezzjonata.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja