-
Xi Ħaġa Akbar mit-Teżori taʼ l-EġittuIt-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
-
-
Trobbija u Edukazzjoni
Ġokebed “ħadet it-tarbija u reddgħetha. Meta t-tifel kiber, ħaditu għand bint il-Fargħun, li kienet tqisu tagħha.” (Eżodu 2:9, 10) Il-Bibbja ma tgħidx kemm Mosè dam jgħix mal-ġenituri naturali tiegħu. Xi wħud jaħsbu li dan setaʼ kien minn taʼ l-inqas sakemm infatam—sentejn jew tlieta—imma jistaʼ jkun li dam iktar. Il-ktieb taʼ l-Eżodu sempliċement jgħid li baqaʼ mal-ġenituri tiegħu sakemm “kiber,” li jistaʼ jfisser sa kwalunkwe età. Dam kemm dam jgħix magħhom, Għamram u Ġokebed bla dubju użaw dak iż-żmien biex jgħinu lil binhom ikun konxju li l-oriġini tiegħu kienet Ebrajka u biex jgħallmuh dwar Jehovah. Iż-żmien biss setaʼ juri jekk kienx irnexxielhom inaqqxu f’qalb Mosè fidi u mħabba għas-sewwa u l-ġustizzja.
-
-
Xi Ħaġa Akbar mit-Teżori taʼ l-EġittuIt-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
-
-
[Kaxxa f’paġna 11]
Kuntratti għal Dawk li Jreddgħu
L-ommijiet ġeneralment kienu jreddgħu lil uliedhom stess. Madankollu, jgħid l-istudjuż Brevard Childs fil-Journal of Biblical Literature, “f’ċerti każi fost il-familji nobbli [fil-Lvant qarib] kienu jikru mara biex treddgħalhom it-tarbija. Din id-drawwa kienet komuni wkoll meta l-omm ma kinitx tkun tistaʼ treddaʼ lit-tarbija tagħha jew inkella meta ma kinux ikunu jafu min hi l-omm. Dik li tinkera biex treddaʼ lit-tarbija kienet tieħu r-responsabbiltà li trabbi lit-tarbija kif ukoll li treddagħha matul il-perijodu stipulat.” Mill-antikitajiet tal-Lvant Qarib għadhom jeżistu diversi kuntratti fuq il-papiru taʼ dawn in-nisa li jreddgħu. Dawn id-dokumenti huma xiehda taʼ dik li kienet drawwa komuni mill-perijodu Sumerjan sa l-aħħar perijodu Ellenistiku fl-Eġittu. Xi karatteristiċi komuni f’dawn id-dokumenti huma stqarrija taʼ l-individwi li kienu jkunu involuti, iż-żmien kopert mill-kuntratt, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, speċifikazzjonijiet dwar in-nutriment, multi jekk jinkiser il-kuntratt, il-pagi, u l-mod kif kienu jitħallsu dawn il-pagi. Normalment, “iż-żmien li fih tarbija kienet tiġi mreddaʼ kien perijodu minn sentejn sa tlieta,” jispjega Childs. “Dik mikrija biex treddaʼ lit-tarbija kienet tiħodha magħha biex trabbiha f’darha, imma kultant kien mitlub li t-tarbija tittieħed għand sidha biex tiġi spezzjonata.”
-