LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 11/15 pp. 4-7
  • Kif Insaħħu r-Rabtiet taż-Żwieġ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Insaħħu r-Rabtiet taż-Żwieġ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Provvediment tal-​Liġi Mosajka
  • L-​Unika Bażi Leġittima għal Divorzju
  • Żrieragħ taʼ Nkwiet fil-​Familja Miżrugħin
  • Tħaddtu dwar l-​Affarijiet
  • Onora “dak li Alla għaqqad flimkien”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • Iż-​żwieġ—L-​oriġini u l-​iskop tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Agħmel iż-Żwieġ Tiegħek Unjoni Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 11/15 pp. 4-7

Kif Insaħħu r-Rabtiet taż-Żwieġ

“HUWA skond il-​liġi għal raġel li jiddivorzja lil martu fuq kull xorta taʼ bażi?” staqsew il-​Fariżej li kienu qegħdin jippruvaw jonsbu lill-​Għalliem il-​Kbir, Ġesù Kristu. Hu weġibhom billi rrefera għall-​ewwel żwieġ tal-​bniedem u poġġa livell fuq il-​kwistjoni: “Dak li Alla rabat f’madmad flimkien ħa ma jifirdu ebda bniedem.”

Il-Fariżej argumentaw li Mosè għamel provvedimenti għal divorzju billi rrikkmanda l-​ħruġ taʼ “ċertifikat taʼ tkeċċija.” Ġesù weġibhom: “Mosè, billi qies l-​ebusija taʼ qlubkom, għamlilkom il-​konċessjoni li tiddivorzjaw lin-​nisa tagħkom, imma l-​każ ma kienx hekk mill-​bidu. Jien ingħidilkom li kulmin jiddivorzja lil martu, ħlief fuq il-​bażi taż-​żina, u jiżżewweġ oħra jikkommetti adulterju.”​—Mattew 19:​3-9.

Oriġinalment, iż-​żwieġ kellu jkun rabta permanenti. Lanqas saħansitra l-​mewt ma kellha tifred l-​ewwel koppja miżżewġa, għax kienu maħluqin bħala bnedmin perfetti bil-​ħajja taʼ dejjem quddiemhom. Madankollu, huma dinbu. Id-​dnub tagħhom ħassar iż-​żwieġ uman. Il-​għadu l-​mewt bdiet tifred lill-​koppji miżżewġin. Alla jħares lejn il-​mewt bħala t-​tmiem taʼ żwieġ, kif naqraw fil-​Bibbja: “Mara hi marbuta ż-​żmien kollu li żewġha hu ħaj. Imma jekk żewġha kellu jorqod fil-​mewt, hi ħielsa li tiżżewweġ lil min trid hi, biss fil-​Mulej.” (1 Korintin 7:39) Dan hu differenti ħafna minn ideat reliġjużi bħalma hi s-​sutì, fejn mara mal-​mewt taʼ żewġha tiġi pperswaduta jew obbligata biex taħraq lilha nfisha u tmut minħabba fit-​twemmin li r-​rabta taż-​żwieġ tkompli f’xi ħajja taʼ wara l-​mewt.

Il-​Provvediment tal-​Liġi Mosajka

Sa dak in-​nhar li ġiet mogħtija l-​Liġi Mosajka, ir-​relazzjonijiet fiż-​żwieġ kienu ddeterjoraw sal-​punt li Jehovah, minħabba l-​qalb iebsa tal-​Iżraeliti, għamel provvediment għal divorzju. (Dewteronomju 24:1) Ma kienx il-​għan t’Alla għall-​Iżraeliti li jużaw ħażin din il-​liġi biex jiddivorzjaw lin-​nisa tagħhom għal kull ħaġa taʼ xejn, kif inhu evidenti mill-​kmand tiegħu li huma kellhom iħobbu lill-​proxxmu tagħhom bħalhom infushom. (Levitiku 19:18) Saħansitra l-​ħruġ taʼ ċertifikat taʼ divorzju serva bħala deterrent għaliex, bħala parti mill-​proċess tal-​kitba taʼ ċertifikat, ir-​raġel miżżewweġ li ried id-​divorzju kellu jikkonsulta maʼ rġiel awtorizzati biżżejjed, li kellhom jagħmlu ħilithom biex jirrikonċiljawhom. Le, Alla ma tax din il-​liġi biex jistabbilixxi xi dritt għal wieħed biex jiddivorzja lil martu “fuq kull xorta taʼ bażi.”​—Mattew 19:3.

Madankollu, l-​Iżraeliti eventwalment injoraw it-​tifsir veru tal-​liġi u sfruttaw din il-​klawsola u bdew jiddivorzjaw fuq kwalunkwe bażi li kienu jsibu li jaqblilhom. Sal-​ħames seklu Q.E.K., kienu qegħdin jittrattaw b’mod qarrieq man-​nisa taʼ żgħożithom, billi ddivorzjawhom fuq kull xorta taʼ bażi. Jehovah b’mod sod qalilhom li hu jobogħdu d-​divorzju. (Malakija 2:​14-16) Kien b’dan f’moħħu li Ġesù kkundanna d-​divorzju kif kienu qegħdin jipprattikawh l-​Iżraeliti fi żmienu.

L-​Unika Bażi Leġittima għal Divorzju

Ġesù tassew, iżda, semma bażi waħda leġittima għal divorzju: iż-​żina. (Mattew 5:​31, 32; 19:​8, 9) Il-​kelma hawn tradotta “żina” tinkludi kull xorta taʼ att sesswali illeċitu barra miż-​żwieġ Skritturali, kemm jekk isir maʼ xi ħadd tal-​istess sess kemm jekk mas-​sess oppost u kemm jekk maʼ annimal.

U xorta waħda, Ġesù ma kienx qiegħed jirrikkmanda divorzju taʼ mseħbin m’humiex leali. Huwa għall-​parti innoċenti li twieżen il-​konsegwenzi involuti u li tiddeċiedi jekk hu jew hi tridx divorzju. Nisa miżżewġin li qegħdin jikkontemplaw divorzju fuq din il-​bażi Skritturali forsi jkunu jridu wkoll jikkunsidraw l-​istqarrija t’Alla meta hu għadda l-​ġudizzju fuq l-​ewwel mara għad-​dnub tagħha. Flimkien mas-​sentenza tal-​mewt, Alla b’mod speċifiku qal lil Eva: “[I]x-xenqa tiegħek se tkun għal żewġek, u hu se jiddominak.” (Ġenesi 3:16) Il-​Commentary on the Old Testament, minn C. F. Keil u F. Delitzsch, jiddeskrivi din ix-​“xenqa” bħala “xewqa li hi kważi bħal marda.” Irridu nammettu li din ix-​xenqa mhix daqshekk qawwija f’kull mara miżżewġa, imma meta mara innoċenti qiegħda tikkunsidra d-​divorzju, tkun ħaġa għaqlija li tikkunsidra l-​ħtiġijiet emozzjonali li n-​nisa wirtu mingħand Eva. Madankollu, minħabba li s-​sess barra miż-​żwieġ min-​naħa tal-​parti ħatja jistaʼ jwassal għal li l-​parti l-​oħra innoċenti tiġi infettata b’xi mardiet trażmessi sesswalment, inkluża l-​AIDS, xi wħud iddeċidew li jaslu għal divorzju kif inhu spjegat minn Ġesù.

Żrieragħ taʼ Nkwiet fil-​Familja Miżrugħin

Il-​għebusija tal-​qalb tan-​nies għandha l-​oriġini tagħha fid-​dnub li l-​ewwel koppja umana ikkommettew kontra Alla. (Rumani 5:12) Iż-​żrieragħ taʼ ġlied fil-​familja ġew miżrugħin meta l-​ewwel koppja umana dinbu kontra l-​Missier tagħhom tas-​sema. B’liema mod? Meta l-​ewwel mara, Eva, ġiet ittantata minn serpent biex tiekol mis-​siġra projbita, hi webbset rasha u kielet il-​frotta. Kien biss wara li kienet ħadet dik id-​deċiżjoni sinjifikanti li tkellmet maʼ żewġha dwar dak li kien qalilha s-​serpent. (Ġenesi 3:6) Iva, hi aġixxiet mingħajr ma ikkonsultat lil żewġha. Dan hu l-​prototip tal-​problemi li jiffaċċjaw lill-​familji llum​—nuqqas taʼ komunikazzjoni intima.

Iktar tard, meta ġew iffaċċjati bil-​konsegwenzi tad-​dnub tagħhom, kemm Adam kif ukoll Eva wżaw l-​istess tattika li jużaw ħafna koppji llum meta jinqalaʼ l-​inkwiet, jiġifieri, iwaħħlu f’ħaddieħor. L-​ewwel raġel, Adam, tefaʼ t-​tort taʼ dak li kien għamel fuq martu u fuq Jehovah, billi qal: “Il-​mara li lilha int tajt biex tkun miegħi, hi tatni l-​frott mis-​siġra u hekk jien kilt.” Il-​mara mill-​banda l-​oħra qalet: “Is-​serpent​—qarraq bija u hekk jien kilt.”​—Ġenesi 3:​12, 13.

Il-pronunzja tal-​ġudizzju taʼ Jehovah fuq Adam u Eva tbassar jerġaʼ fattur ieħor tal-​inkwiet li kellu jiżżviluppa. Rigward ir-​relazzjoni tagħha maʼ żewġha, Jehovah qal lil Eva: “Hu se jiddominak.” Ħafna rġiel miżżewġin illum, bħal Isao li ssemma fl-​ewwel artiklu tagħna, jiddominaw lin-​nisa tagħhom b’mod taʼ mingħajr ħniena bla ma jqisu s-​sentimenti tan-​nisa tagħhom. Xorta waħda, ħafna min-​nisa jibqgħu jkollhom xenqa għall-​attenzjoni taʼ żwieġhom. Meta dik ix-​xenqa ma tiġix issodisfata, in-​nisa miżżewġin jistgħu jesiġu dik l-​attenzjoni u jaġixxu b’mod egoist. B’ħafna rġiel miżżewġin li jiddominaw u b’ħafna nisa li jixxenqu, l-​egoiżmu huwa prevalenti, u l-​paċi tisparixxi. F’rapport intitolat “How to Analyze Today’s Divorces,” (“Kif Tanalizza d-​Divorzji tal-​Lum”) Shunsuke Serizawa qal: “Jekk nittraskuraw it-​tendenza fil-​qalba tal-​kwistjoni taʼ ‘li tgħaddi dejjem tagħna,’ jiġifieri, li nagħtu prijorità lill-​interessi tagħna stess, se jsir f’daqqa waħda iktar impossibbli biex jiġu analizzati d-​divorzji llum.”

Jehovah, madankollu, ipprovda gwida fil-​Kelma tiegħu sabiex koppji miżżewġin ubbidjenti jkunu jistgħu jgawdu ammont taʼ hena fiż-​żwieġ saħansitra fl-​istat imperfett tagħhom. Isao segwa d-​direzzjoni t’Alla u issa qiegħed igawdi ħajja hienja fil-​familja. Ejjew naraw kif il-​prinċipji tal-​Bibbja jgħinu lin-​nies biex isaħħu r-​rabta taż-​żwieġ.

Tħaddtu dwar l-​Affarijiet

F’ħafna żwiġijiet, nuqqas taʼ komunikazzjoni, it-​tendenza taʼ li nwaħħlu f’ħaddieħor, u attitudnijiet egoistiċi jagħmluha diffiċli għal raġel u mara miżżewġin biex jifhmu l-​emozzjonijiet taʼ xulxin. “Ladarba li jaqsmu s-​sentimenti huwa rekwiżit neċessarju għall-​intimità, din tirrikjedi fiduċja sħiħa. U llum il-​fiduċja hija skarsa,” igħid wieħed li jagħmel riċerka li jismu Caryl S. Avery. Huma dawk il-​ħafna drabi fejn tnejn qasmu flimkien sentimenti intimi li jibnu fiduċja bħal din. Dan jirrikjedi komunikazzjoni intima bejn il-​miżżewġin.

Il-ktieb taʼ Proverbji juża tixbieha biex jinkuraġġixxi li wieħed jaqsam ħsibijiet intimi, billi jgħid: “Il-​parir fil-​qalb taʼ bniedem hu bħal ilmijiet fondi, imma l-​bniedem taʼ għaqal hu wieħed li se jtellgħu.” (Proverbji 20:5) L-​imseħbin fiż-​żwieġ iridu jkunu bil-​għaqal u jtellgħu l-​ħsibijiet li qegħdin f’qiegħ il-​qalb tal-​imseħbin tagħhom. Immaġina li l-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ għandha n-​nervi. Minflok ma twieġeb: “Jien ukoll kelli ġurnata iebsa,” għala ma tistaqsix b’qalb tajba: “Kellek ġurnata iebsa? Xi ġralek?” Forsi jinvolvi żmien u sforz biex tismaʼ dak li għandha xi tgħid il-​parti l-​oħra, imma ġeneralment huwa iktar pjaċevoli, sodisfaċenti, u taʼ inqas ħela taʼ ħin li tqattaʼ l-​ħin tagħmel dan milli huwa li tinjora l-​parti l-​oħra u jkollok tittratta maʼ emozzjonijiet qawwijin li jiżżbroffaw iktar tard.

Biex tinkiseb il-​fiduċja, kull wieħed irid ikun onest u jipprova jesprimi s-​sentimenti b’mod li l-​parti l-​oħra fiż-​żwieġ tistaʼ tifhem. “Tkellmu l-​verità,” tħeġġeġ il-​kelma t’Alla, “għaliex aħna membri li nappartjenu lil xulxin.” (Efesin 4:25) Li wieħed jitkellem il-​verità jinħtieġ dehen. Nagħtu kas li mara miżżewġa tħoss li mhix qiegħda tiġi mismugħa. Qabel ma titkellem, għandha tikkunsidra l-​proverbju: “Kulmin qiegħed iżomm lura l-​qwiel tiegħu qiegħed jippossjedi l-​għarfien, u bniedem taʼ dehen hu biered fl-​ispirtu.” (Proverbji 17:27) Minflok ma takkuża lil żewġha, “Int qatt ma tismagħni!” ikun ferm aħjar li bil-​kalma kollha tesprimi s-​sentimenti tagħha qabel ma tibda tħoss il-​frustrazzjoni u d-​diżappunt jiżdiedu ġo fiha. Forsi tistaʼ tirrivela kif qiegħda tħossha billi tgħid xi ħaġa bħal, “Naf li għandek ħafna x’tagħmel, imma li nqattaʼ iktar ħin miegħek tgħidx kemm jagħmilni ferħana.”

Verament, “hemm taħwid tal-​pjanijiet fejn ma hemmx kliem kunfidenzjali.” (Proverbji 15:22) Is-​sieħba tiegħek tħobbok, imma dak ma jfissirx li tistaʼ taqralek moħħok. Inti trid turiha kif tħossok bit-​tattika kollha. Dan se jgħinkom, bħala koppja miżżewġa Kristjana, biex tagħmlu aġġustamenti taʼ mħabba sabiex “tħarsu l-​unità tal-​ispirtu fir-​rabta li tgħaqqad tal-​paċi.”​—Efesin 4:​2, 3.

Ħu minn Kazuo, per eżempju, li kien raġel li kellu mara tħobb tgerger u li kellu l-​leblieba tal-​logħob. Hu sab lilu nnifsu mgħaddas fi djun li kienu jammontaw għal diversi mijiet taʼ eluf taʼ dollari. Billi ssellef il-​flus biex iħallas id-​djun tiegħu, baqaʼ iktar u iktar jogħdos fil-​ħama. Imbagħad beda jistudja l-​Bibbja u fl-​aħħar mill-​aħħar sab il-​kuraġġ li jgħid lil martu dwar il-​problemi tiegħu. Kien lest li jiffaċċja l-​akkużi tagħha. Madankollu, baqaʼ sorpriż meta martu, li kienet ilha tistudja l-​Bibbja ftit iktar minnu, bil-​kalma weġbitu: “Ejja nippruvaw naraw kif nistgħu nħallsu d-​djun.”

Billi bdew mill-​għada, marru għand dawk li kienu sellfuhom il-​flus u bdew iħallsu d-​djun tagħhom, saħansitra billi biegħu d-​dar tagħhom. Damu kważi sena sħiħa biex iħallsu d-​djun tagħhom. X’kien li biddel lil Kimie, l-​mara tiegħu? Hi tgħid: “Il-​kliem misjub ġewwa Filippin kapitlu 4, versi 6 u 7, huwa tabilħaqq minnu. ‘Tkunu anzjużi fuq xejn, imma f’kollox bit-​talb u bit-​tħannin flimkien maʼ radd il-​ħajr ħalli jkunu l-​petizzjonijiet tagħkom mgħarrfin lil Alla; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb se tgħasses lil qlubkom u l-​qawwiet mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.’” Hi żiedet: “Ħabiba tiegħi, billi ssorprendiet ruħha għax rat kemm kont ferriħija minkejja t-​tbatijiet, bdiet tistudja l-​Bibbja miegħi.” Kazuo u martu minn dak iż-​żmien ’il hawn tgħammdu u issa qegħdin igawdu ħajja hienja fil-​familja.

Flimkien maʼ li jafdaw lil xulxin billi jgħidu l-​verità, l-​irġiel u n-​nisa li kellhom l-​esperjenzi t’hawn fuq għamlu xi ħaġa li tgħin lill-​koppji biex isibu tarf il-​problemi taż-​żwieġ tagħhom. Huma kkomunikaw mal-​Oriġinatur tal-​arranġament taż-​żwieġ, Alla Jehovah. Minkejja l-​pressjonijiet u d-​diffikultajiet li l-​koppji jiffaċċjaw, hu se jberikhom bil-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb jekk huma jagħmlu ħilithom kollha biex japplikaw il-​prinċipji tiegħu u jħallu l-​kumplament f’idejh. Li jitolbu flimkien huwa speċjalment taʼ għajnuna. Ir-​raġel irid jieħu t-​tmexxija u ‘jsawwab qalbu’ quddiem Alla, billi jfittex il-​gwida u d-​direzzjoni tiegħu fi kwalunkwe problema li hu u martu qegħdin jiffaċċjaw. (Salm 62:8) Alla Jehovah żgur li se jismaʼ talb bħal dan.

Iva, huwa possibbli li ssaħħaħ ir-​rabta taż-​żwieġ. Saħansitra issa, billi qegħdin ngħixu bl-​imperfezzjonijiet kollha tagħna f’soċjetà mqallba, koppji miżżewġin jistgħu jsibu ferħ konsiderevoli fir-​relazzjoni tagħhom. Inti tistaʼ ssib iktar suġġerimenti prattiċi u pariri divini fil-​ktieb Making Your Family Life Happy, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc. Barra minn hekk, koppji li bil-​ħeġġa jaħdmu biex japplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja għandhom it-​tama taʼ li jiġu marbutin flimkien fl-​imħabba fid-​dinja l-​ġdida li dalwaqt se tiġi u li se jagħmilha Alla.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja