-
“Il-battalja hi taʼ Ġeħova”It-Torri tal-Għassa (Pubbliku)—2016 | Nru. 5
-
-
David qal dan il-kliem inkuraġġanti lis-sultan dwar Gulija: “Tħalli lil ħadd jaqtaʼ qalbu minħabba fih.” Sawl u l-irġiel tiegħu veru kienu qatgħu qalbhom minħabba Gulija. Forsi għamlu l-iżball komuni li jqabblu lilhom infushom maʼ dak ir-raġel enormi, u ġabu quddiem għajnejhom kif kienu jlaħħqulu biss sa sidru. Huma immaġinaw lil dak il-ġgant armat jeħles minnhom faċilment u malajr. Imma David ma ħasibx hekk. Kif se naraw, hu ra l-problema minn lenti totalment differenti. Allura hu offra li jiġġieled lil Gulija hu stess.—1 Samwel 17:32.
-
-
“Il-battalja hi taʼ Ġeħova”It-Torri tal-Għassa (Pubbliku)—2016 | Nru. 5
-
-
David ra kemm kien twil Gulija u x’armi kellu. Madankollu, David irrifjuta li jħalli affarijiet bħal dawn ibeżżgħuh. Hu m’għamilx l-iżball li Sawl u l-membri tal-armata għamlu. David ma qabbilx lilu nnifsu maʼ Gulija. Minflok, hu ħares lejn Gulija u poġġieh f’paragun maʼ Ġeħova. B’tul taʼ kważi tliet metri, Gulija kien jisboq irġiel oħrajn, imma kemm kien kbir meta mqabbel mas-Sovran tal-univers? Verament, bħal kwalunkwe bniedem ieħor, bilkemm kien ikbar minn insett—f’dan il-każ, wieħed li Ġeħova kien lest li jeqred!
David ġera lejn l-għadu tiegħu u daħħal idu fl-ixkora għal ġebla. Poġġieha fl-iżbandola u dawwarha fuq rasu b’kemm kellu saħħa sakemm bdiet tvenven. Gulija, forsi miexi eżatt wara r-raġel li kien iġorrlu t-tarka, resaq lejn David. It-tul kbir taʼ Gulija attwalment setaʼ kien taʼ żvantaġġ għalih, ladarba raġel b’tul normali li jġorr it-tarka ma kienx se jkun possibbli għalih li jgħolliha biżżejjed biex jipproteġi ras il-ġgant. U kien proprju hawn li David immira.—1 Samwel 17:41.
David irraġuna li anke ġgant hu ċkejken meta mqabbel maʼ Alla Ġeħova
-
-
David kontra Gulija—Dan veru ġara?It-Torri tal-Għassa (Pubbliku)—2016 | Nru. 5
-
-
1 | Jistaʼ raġel verament ikun twil xi 2.9 metri?
Il-Bibbja tgħid li Gulija “kien twil sitt kubiti u xiber.” (1 Samwel 17:4) Il-kubitu msemmi għandu tul taʼ 44.5 ċentimetru; u x-xiber 22.2 ċentimetru. F’daqqa jagħmlu xi 2.9 metri. Xi wħud jinsistu li Gulija ma setax kien daqshekk twil, imma kkunsidra dan: Fiż-żminijiet moderni, l-itwal raġel dokumentat kien twil iżjed minn 2.7 metri. Huwa verament impossibbli li Gulija kien madwar 15 -il ċentimetru itwal? Hu kien mit-tribù tar-Refajm, irġiel magħrufin għad-daqs mhux tas-soltu tagħhom. Dokument Eġizzjan mis-seklu 13 qabel Kristu (QK) isemmi li xi gwerriera taʼ min jibżaʼ minnhom fir-reġjun taʼ Kangħan kienu iktar minn 2.4 metri twal. Allura, it-tul taʼ Gulija, għalkemm mhux komuni, mhuwiex impossibbli.
-