LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ġeħova hu “kbir fil-qawwa”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • 15. Jehovah juża l-​qawwa tiegħu għal liema skop f’konnessjoni mal-​qaddejja tiegħu, u dan kif intwera fil-​każ t’Elija?

      15 Jehovah juża wkoll il-​qawwa tiegħu biex nibbenefikaw aħna bħala individwi. Innota x’jgħid it-​2 Kronaki 16:9 dwar Jehovah: “Għajnejh jiġru fuq l-​art kollha, isaħħaħ lil dawk li qalbhom marbuta fis-​sħiħ miegħu.” L-​esperjenza t’Elija, imsemmija fil-​bidu, hija eżempju taʼ dan. Jehovah għala tah dik it-​turija taʼ l-​għaġeb taʼ qawwa divina? Tajjeb, ir-​Reġina ħażina Ġeżabel kienet ħalfet li toqtol lil Elija. Il-​profeta kien qiegħed jaħrab biex isalva ħajtu. Kien qed iħossu waħdu, imbeżżaʼ, u skuraġġit—bħallikieku x-​xogħol iebes kollu tiegħu kien għalxejn. Sabiex ifarraġ lir-​raġel inkwetat, Jehovah fakkar b’mod ħaj lil Elija fil-​qawwa divina. Ir-​riħ, it-​terremot, u n-​nar urew li l-​iktar Esseri qawwi fl-​univers kien qiegħed hemm m’Elija. Għalfejn kellu jibżaʼ minn Ġeżabel, meta kellu lil Alla li jistaʼ kollox fuq in-​naħa tiegħu?—1 Slaten 19:1-​12.b

  • “Ġeħova hu “kbir fil-qawwa”
    Ersaq Qrib Lejn Ġeħova
    • b Il-​Bibbja tgħid li ‘l-​Mulej ma kienx fir-​riħ, fit-​theżhiża, u fin-​nar.’ (Korsiv tagħna.) Kuntrarju għall-​aduraturi t’allat tan-​natura fil-​mitoloġija, il-​qaddejja taʼ Jehovah ma jfittxuhx ġewwa l-​forzi tan-​natura. Hu bil-​wisq kbir biex joqgħod fi kwalunkwe ħaġa li ħalaq.—1 Slaten 8:27.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja