Kapitlu 4
It-“Testment il-Qadim” Kemm Hu taʼ Min Jemmnu?
Fil-ftit kapitli li ġejjin, se niddiskutu xi wħud mill-akkużi miġjuba kontra l-Bibbja minn kritiċi moderni. Xi wħud jitfgħu l-akkuża li l-Bibbja tikkontradixxi lilha nfisha u “mhix xjentifika,” u dawn l-akkużi se niddiskutuhom iktar tard. Imma l-ewwel, ikkunsidra l-akkuża li ssir spiss taʼ li l-Bibbja ma hi xejn iktar minn ġabra taʼ miti u leġġendi. Għandhom dawk li jopponu lill-Bibbja raġunijiet sodi għal kritika bħal din? Biex nibdew, ejjew inħarsu lejn l-Iskrittura Ebrajka, l-hekk imsejjaħ Testment il-Qadim.
1, 2. Kif kien l-assedju taʼ Ġeriko, u x’mistoqsijiet iqumu f’konnessjoni ma’ dan?
BELT antika qiegħda tiġi assedjata. L-attakkanti tagħha fi qtajja kbar għaddew mix-Xmara Ġordan u issa qegħdin ikkampjati quddiem il-ħitan għoljin tal-belt. Imma xi strateġija stramba tal-battalja! Kuljum għal sitt ijiem, l-armata li qed tinvadi mmarċjat madwar il-belt, silenzjuża ħlief għal grupp taʼ qassisin li fil-waqt li jakkum-panjawha qegħdin idoqqu l-qran. Issa, għas-seba’ jum, l-armata timmarċja b’silenzju madwar il-belt seba’ darbiet. F’daqqa waħda, il-qassisin idoqqu l-qran tagħhom b’kemm għandhom saħħa. L-armata tkisser is-silenzju tagħha b’għajta qawwija tal-battalja, u s-swar għoljin ferm tal-belt jaqgħu fi sħaba taʼ trab, u jħallu lill-belt mingħajr difiża.−Ġożwè 6:1-21.
2 Dan hu kif il-ktieb taʼ Ġożwè, is-sitt ktieb tal-Iskrittura Ebrajka, jiddeskrivi l-waqgħa taʼ Ġeriko li seħħet kważi 3,500 sena ilu. Imma dan ġara tassew? Ħafna kritiċi superjuri b’mod kunfidenti kieku jwieġbu le.a Huma jsostnu li l-ktieb taʼ Ġożwè, flimkien mal-ħames kotba li jiġu qablu fil-Bibbja, huwa magħmul minn leġġendi li nkitbu ħaf na sekli wara l-ġrajjiet li jintqalu li seħħu. Ħafna arkeoloġi wkoll kieku jwieġbu le. Skond il-fehma tagħhom, meta l-Iżraeliti daħlu fl-art taʼ Kangħan, Ġeriko saħansitra x’aktarx li lanqas biss kienet teżisti.
3. Għala hu importanti li tiddiskuti jekk il-Bibbja fihiex storja vera jew le?
3 Dawn huma akkużi serji. Hekk kif taqra l-Bibbja, se tinnota li t-tagħlim tagħha huwa marbut b’mod konkret mal-istorja. Alla jittratta ma’ rġiel, nisa, familji, u ġnus reali, u l-kmandi tiegħu huma mogħtijin lil poplu storiku. Studjużi moderni li jitfgħu dubju fuq kemm il-Bibbja hija storika jitfgħu dubju wkoll fuq l-importanza tal-messaġġi tagħha u fuq kemm wieħed jistaʼ jorbot fuqhom. Jekk il-Bibbja tassew hija l-Kelma t’Alla, mela l-istorja tagħha trid tkun taʼ min jorbot fuqha u mhux fiha sempliċement leġġendi u miti. Għandhom dawn il-kritiċi bażi biex jisfldaw il-ġenwinità storika tagħha?
Kritika Superjuri−Kemm Tistaʼ Torbot Fuqha?
4-6. X’inhuma xi ftit mit-teoriji tal-kritika superjuri taʼ Wellhausen?
4 Kritika superjuri tal-Bibbja nbdiet bil-ħerqa matul is-sekli 18 u 19. Fit-tieni parti tas-seklu 19, il-kritiku Ġermaniż tal-Bibbja Julius Wellhausen għamel popolari t-teorija taʼ li l-ewwel sitt kotba tal-Bibbja, inkluż Ġożwè, kienu miktubin fil-ħames seklu Q.E.K.−madwar elf sena wara li seħħew il-ġrajjiet deskritti. Hu ammetta, iżda, li kien fihom materjal li kien inkiteb qabel.1 Din it-teorija ġiet stampata fil-11-il edizzjoni tal-Encyclopcedia Britannica, ippubblikata fl-1911, li spjegat: “Ġenesi huwa xogħol taʼ wara l-eżilju kompost minn sors saċerdotali taʼ wara l-eżilju (P) u minn sorsi mhux saċerdotali iktar bikrin li huma differenti b’mod li jispikka minn P f’dik li hi lingwa, stil u opinjoni reliġjuża.”
5 Wellhausen u s-segwaċi tiegħu ħarsu lejn l-istorja kollha rrekordjata fil-parti iktar bikrija tal-Iskrittura Ebrajka bħala “mhux storja litterali, imma tradizzjonijiet popolari tal-imgħoddi.”2 Ir-rakkonti iktar bikrin kienu kkunsidrati bħala sempliċi riflessjoni tal-istorja taʼ Iżrael li ġrat iktar tard. Per eżempju, intqal li l-għadwa bejn Ġakobb u Għeżaw ma ġratx tassew, imma kienet tirrifletti l-għadwa li kien hemm bejn il-ġnus taʼ Iżrael u Edom fi żminijiet iktar tard.
6 Fi qbil ma’ dan, dawn il-kritiċi ħassew li Mosè qatt ma rċieva xi kmandament biex jagħmel l-arka tal-patt u li t-tabernaklu, iċ-ċentru tal-qima tal-Iżraeliti fix-xagħri, qatt ma kien jeżisti. Huma emmnu wkoll li l-awtorità tas-saċerdozju taʼ Aronne kienet stabbilita għalkollox ftit snin biss qabel il-qerda taʼ Ġerusalemm mill-Babilonjani, li l-kritiċi emmnu li dan seħħ fil-bidu tas-sitt seklu Q.E.K.3
7, 8. Liema “provi” kellu Wellhausen għat-teoriji tiegħu, u dawn kienu stabbiliti fls-sod?
7 Liema “prova” kellhom huma għal dawn l-idejat? Kritiċi superjuri jsostnu li huma kapaċi jisseparaw it-test tal-kotba bikrin tal-Bibbja f’numru taʼ dokumenti differenti. Prinċipju bażiku li huma jużaw huwa li jassumu li, ġeneralment, kwalunkwe vers Bibliku li juża l-kelma Ebrajka għal Alla (‘Elo-him’) waħedha kien miktub minn kittieb wieħed, fil-waqt li kwalunkwe vers li jirreferi għal Alla b’ismu, Jehovah, bil-fors li nkiteb minn xi ħaddieħor−bħal li kieku kittieb wieħed ma setax juża ż-żewġ kelmiet.4
8 B’mod simili, kull darba li xi ġrajja ġiet irrekordjata iktar minn darba fi ktieb, dan il-fatt huwa meħud bħala prova li kien hemm iktar minn kittieb wieħed involut f’dik il-biċċa xogħol, minkejja li l-letteratura Semitika antika għandha eżempji simili taʼ ripetizzjoni. Barra minn hekk, huwa assumat li bdil fl-istil ifisser bdil tal-kittieb. Madankollu, saħansitra kittieba taʼ lingwi moderni taʼ spiss jiktbu bi stili differenti fi stadji differenti fil-karrieri tagħhom, jew meta qegħdin jittrattaw ma’ materjal fuq suġġetti differenti.b
9-11. X’inhuma xi ftit djufljiet li jispikkaw tal-kritika superjuri moderna?
9 Hemm xi provi validi għal dawn it-teoriji? Xejn affattu. Kummentatur wieħed innota: “Il-kritika, saħansitra fl-aqwa tagħha, hija spekulattiva u tentattiva, xi ħaġa li dejjem hi suġġetta għall-modiflkazzjoni jew li tiġi ppruvata li hi ħażina u jkollha tiġi mibdula b’xi ħaġa oħra. Huwa eżerċizzju intellettwali, suġġett għad-dubji u għall-kalkoli kollha li huma inseparabbli minn dawn l-eżerċizzji.”5 Il-kritika superjuri tal-Bibbja, speċjalment, hija “spekulattiva u tentattiva” fil-mod estrem.
10 Gleason L. Archer, Jr., juri nuqqas ieħor fir-raġunar taʼ kritika superjuri. Kif igħid hu, il-problema hi li “l-iskola Wellhausen bdiet bil-preżunzjoni pura (li bil-kemm taw kas li juru) li r-reliġjon taʼ Iżrael kienet sempliċement taʼ oriġini umana bħal kwalunkwe reliġjon oħra, u li kellha tiġi spjegata bħala sempliċi prodott taʼ evoluzzjoni.”6 Fi kliem ieħor, Wellhausen u s-segwaċi tiegħu bdew bil-li assumew li l-Bibbja kienet sempliċement il-kelma tal-bniedem, u mbagħad irraġunaw minn dak il-punt.
11 Lura fl-1909, The Jewish Encyclope-dia nnotat żewġ djufijiet oħra fit-teorija Wellhausen: “L-argumenti li bihom Wellhausen kważi ħataf għalkollox lill-ġemgħa sħiħa taʼ kritiċi tal-Bibbja kontemporanji huma bbażati fuq żewġ preżunzjonijiet: l-ewwel, li r-ritwal isir iktar elaborat fl-iżvilupp tar-reliġjon; it-tieni, li sorsi iktar antiki neċessarjament jittrattaw mal-istadji iktar bikrin tal-iżvilupp ritwali. Il-preżunzjoni taʼ qabel tmur kontra l-evidenza taʼ kulturi primittivi, u dik tal-aħħar ma ssib ebda appoġġ fl-evidenza taʼ kodiċi ritwali bħal dawk tal-Indja.“
12. Fejn issib ruħha l-kritika superjuri moderna fld-dawl tal-arkeoloġija?
12 Hemm xi mod kif tittestja l-kritika superjuri biex tara jekk it-teoriji tagħha humiex korretti jew le? The Jewish Encyclopedia kompliet tgħid: “L-opinjonijiet taʼ Wellhausen huma bbażati kważi esklussivament fuq l-analiżi litterali, u jeħtieġu li jkunu ssupplimentati b’eżami mill-ħarsa tal-arkeoloġija isti-tuzzjonali.” Hekk kif gerbbu s-snin, ikkonfermat l-arkeoloġija t-teoriji taʼ Wellhausen? The New Encyċlopoedia Britannica twieġeb: “Il-kritika arkeoloġika kellha tendenza li tagħti bażi għall-provi tal-kredibilità tad-dettalji storiċi li huma tipiċi taʼ saħansitra l-eqdem perijodi [tal-istorja tal-Bibbja] u li tiddiskredita t-teorija li r-rakkonti Pentatewkali [ir-rakkonti storiċi fll-kotba l-iktar bikrin tal-Bibbja] huma sempliċement riflessjoni taʼ perijodu ħafna iktar tard.”
13, 14. Minkejja l-pedamenti tagħha li jixxenglu, il-kritika superjuri taʼ Wellhausen għala hija daqshekk aċċettata minn ħafna?
13 Meta nikkunsidraw id-djufija tagħha, il-kritika superjuri għala hi tant popolari fost nies intellettwali llum? Għaliex tgħidilhom affarijiet li huma jridu jisimgħu. Wieħed studjuż tas-seklu 19 spjega: “Personalment, jien fraħt b’dan il-ktieb taʼ Wellhausen kważi iktar minn b’kull ktieb ieħor; għax il-problema li dejjem timbotta ’l quddiem tal-istorja tat-Testment il-Qadim deherli li ġiet sa fl-aħħar solvuta b’manjiera li taqbel mal-prinċipju taʼ evoluzzjoni umana li jien imġiegħel napplika għall-istorja taʼ kull reliġjon.”7 B’mod evidenti, il-kritika superjuri qablet mal-preġudizzji tiegħu bħala evoluzzjonista. U, tabilħaqq, iż-żewġ teoriji jservu skop simili. Sewwa sew bħalma l-evoluzzjoni tneħħi l-bżonn li wieħed jemmen f’Ħallieq, hekk ukoll il-kritika superjuri taʼ Wellhausen tfisser li wieħed m’għandux għalfejn jemmen li l-Bibbja kienet imnebbħa minn Alla.
14 F’dan is-seklu 20 taʼ li wieħed jirraġuna fuq kollox, il-preżunzjoni li l-Bibbja mhix il-kelma t’Alla imma tal-bniedem tidher aċċettabbli għal nies intellettwali.c Huwa ħafna eħfef għalihom li jemmnu li l-profeziji ġew miktuba wara t-twettieq tagħhom milli jaċċettawhom bħala ġenwini. Huma jippreferu jispjegaw fix-xejn ir-rakkonti Bibliċi taʼ mirakli bħala miti, leġġendi, jew ħrejjef folkloristiċi, minflok ma jikkunsidraw il-possibiltà li dawn ir-rakkonti tassew seħħew. Imma ħarsa bħal din hija ppreġudikata u ma tagħti ebda raġuni konkreta biex tinjora l-Bibbja bħala vera. Il-kritika superjuri hija żbaljata b’mod serju, u l-attakk tagħha fuq il-Bibbja falla f’li juri li l-Bibbja mhix il-Kelma t’Alla.
L-Arkeoloġija Tappoġġjaha lill-Bibbja?
15, 16. L-eżistenza taʼ liema ħakkiem antik imsemmi fll-Bibbja kienet ikkonfermata mill-arkeoloġija?
15 L-arkeoloġija hija kamp taʼ studju ħafna iktar ibbażat b’mod konkret mill-kritika superjuri. Billi jħaffru qalb il-fdalijiet taʼ ċiviltajiet tal-passat, l-arkeoloġi b’ħafna modi żiedu l-fehma tagħna dwar kif kienu l-affarijiet fl żminijiet tal-qedem. B’hekk, mhux taʼ sorpriża li r-rekord arkeoloġiku ripetutament hu f’armonija ma’ dak li naqraw fil-Bibbja. Xi drabi, l-arkeoloġija saħansitra windikat lill-Bibbja kontra l-kritiċi tagħha.
16 Per eżempju, skond il-ktieb taʼ Danjel, l-aħħar mexxej f’Babilonja qabel ma waqgħet għall-Persjani kien jismu Belxażżar. (Danjel 5:1-30) Ladarba ma deher li kien hemm ebda referenza għal Belxażżar minn għejjun barra l-Bibbja, saret l-akkuża li l-Bibbja kienet żballjata u li dan ir-raġel qatt ma eżista. Imma matul is-seklu 19, xi ftit ċilindri żgħar miktubin b’forma taʼ spnar ġew skopruti f’xi fdalijiet fl-Iraq t’Isfel. Instabu li kienu jinkludu talba għas-saħħa tal-akbar tifel taʼ Nabonidus, sultan taʼ Babilonja. X’kien jismu dan l-iben? Belxażżar.
17. Kif nistgħu nispjegaw il-fatt li l-Bibbja ssejjaħ lil Belxażżar sultan, fil-waqt li l-biċċa l-kbira tal-iskrizzjonijiet sejħulu prinċep?
17 Mela kien hemm Belxażżar! Kien sultan, iżda, meta waqgħet Babilonja? Il-maġġoranza tad-dokumenti li nstabu wara rreferew għalih bħala bin is-sultan, il-prinċep inkurunat. Imma dokument b’forma taʼ spnar deskritt bħala l-“Verse Account of Nabonidus” [“Rakkont Vers Vers taʼ Nabonidus”] tefaʼ iktar dawl fuq il-pożizzjoni vera taʼ Belxażżar. Dan irrapporta: “Hu [Nabonidus] fada l-‘Kamp’ f’idejn l-akbar (iben) tiegħu, l-ewwel imwieled, it-truppi kullimkien fll-pajjiż ordnahom taħt il-(kmand) tiegħu. Ħalla (kollox) igħaddi, hu fdalu l-pożizzjoni taʼ sultan.”8 Mela Belxażżar ġie fdat bil-pożizzjoni taʼ sultan. Ċertament, dan il-fatt effettivament għamlu daqs li kieku kien sultan!d Din ir-relazzjoni bejn Belxażżar u missieru, Nabonidus, tispjega għala Belxażżar, matul dak l-aħħar bankett f’Babilonja, offra li jagħmel lil Danjel it-tielet ħakkiem fis-saltna. (Danjel 5:16) Ladarba Nabonidus kien l-ewwel ħakkiem, Belxażżar innifsu kien biss it-tieni ħakkiem taʼ Babilonja.
Evidenza Oħra taʼ Appoġġ
18. L-arkeoloġija tissupplixxi liema informazzjoni li tikkonferma l-paċi u l-prosperità li rriżultaw mir-renju taʼ David?
18 Tabilħaqq, ħafna skoperti arkeoloġiċi wrew l-eżattezza storika tal-Bibbja. Per eżempju, il-Bibbja tirrapporta li wara li s-Sultan Salamun kien ħa l-pożizzjoni taʼ sultan mingħand missieru, David, Iżrael gawda prosperità kbira. Naqraw: “Ġuda u Iżrael kienu ħafna, bħall-frak tar-ramel li hemm ħdejn il-baħar fil-kotra, jieklu u jixorbu u jifirħu.” (1 Slaten 4:20) B’appoġġ lejn din l-istqarrija, naqraw: “L-evidenza arkeoloġika tikxef li f’Ġuda kien hemm espansjoni qawwija fil-popolazzjoni matul u wara l-għaxar seklu Q.K. meta l-paċi u l-prosperità li ġab David għamluha possibbli li jinbnew ħafna bliet ġodda.”10
19. Liema informazzjoni iktar tagħti l-arkeoloġija rigward il-ġlied bejn Iżrael u Mowab?
19 Iktar tard, Iżrael u Ġuda saru żewġ nazzjonijiet, u Iżrael ikkonkwista l-art viċin taʼ Mowab. Darba waħda Mowab, taħt is-Sultan Mexa, jrvella, u Iżrael ifforma alleanza ma’ Ġuda u mas-saltna viċin taʼ Edom sabiex jiggwerraw kontra Mowab. (2 Slaten 3:4-27) Fatt rimarkabbli kien li fl-1868 fll-Ġordan instabet ‘stelaʼ (tavla tal-ġebel imnaqqxa) li kellha mnaqqxa fuqha fil-lingwa Mowabita r-rakkont taʼ Mexa stess dwar dan il-konflitt.
20. L-arkeoloġija xi tgħidilna dwar il-qerda taʼ Iżrael mill-Assirjani?
20 Imbagħad, fls-sena 740 Q.E.K., Alla ppermetta li s-saltna ribelluża tat-Tramuntana taʼ Iżrael tiġi meqruda mili-Assirjani. (2 Slaten 17:6-18) Billi titkellem dwar dan ir-rakkont tal-Bibbja dwar din il-ġrajja, l-arkeologa Kathleen Kenyon tikkummenta: “Wieħed jistaʼ jkollu suspett li xi ftit minn dan hu esaġerazzjoni kbira.” Imma hu hekk? Hi żżid: “L-evidenza arkeoloġika tal-waqgħa tas-saltna taʼ Iżrael hija kważi iktar ċara minn dik tar-rakkont tal-Bibbja. . . . Il-qerda għalkollox tal-ibliet Iżraeliti taʼ Samarija u taʼ Ħażor u l-qerda li ġiet ukoll fuq Megiddo hija evidenza arkeoloġika fattwali li l-kittieb [tal-Bibbja] ma kienx qed jesaġera.”11
21. L-arkeoloġija tissupplixxi liema dettalji dwar il-ħakma fuq Ġuda mill-Babilonjani?
21 Jerġaʼ iktar tard, il-Bibbja tgħidilna li Ġerusalemm taħt is-Sultan Ġeħojaċin ġiet assedjata mill-Babilonjani u megħluba. Din il-ġrajja hija mniżżla fuq il-Kronaka Babilonjana, tavla miktuba b’forma taʼ spnar u skopruta mill-arkeoloġi. Fuqha naqraw: “Is-sultan taʼ Akkad [Babilonja] . . . assedja l-belt taʼ Ġuda {iahudu) u s-sultan ħa l-belt flt-tieni jum tax-xahar taʼ Addaru.”12 Ġeħojaċin ittieħed lejn Babilonja u ġie mitfugħ fll-ħabs. Imma iktar tard, skond il-Bibbja, huwa ġie meħlus mill-ħabs u ġie mogħti sussidju taʼ ikel. (2 Slaten 24:8-15; 25: 27-30) Dan huwa appoġġjat mid-dokumenti amministrattivi li nstabu fil-Babilonja, li jagħtu lista tar-razzjonijiet li ngħataw lil “Yaukin, sultan taʼ Ġuda.”13
22, 23. B’mod ġenerali, x’inhi r-relazzjoni bejn l-arkeoloġija u r-rakkonti storiċi tal-Bibbja?
22 Rigward ir-relazzjoni bejn l-arkeoloġija u r-rakkonti storiċi tal-Bibbja, il-Professur David Noel Freedman ikkummenta: “Ġeneralment, madankollu, l-arkeoloġija kellha t-tendenza li tappoġġja l-validità storika tar-rakkont bibliku. Il-qafas kbir kronoloġiku mill-patrijarki saż-żminijiet tat-T[estment] il-Ġ[did] huwa fi qbil mal-informazzjoni arkeoloġika. . . . Skoperti fil-futur x’aktarx li se jżommu l-pożizzjoni moderata taż-żmien preżenti li t-tradizzjoni biblika għandha l-egħruq fl-istorja, u hija trażmessa bil-fedeltà, għalkemm mhix storja fis-sens kritiku jew xjentifiku.”
23 Imbagħad, rigward l-isforz tal-kritiċi superjuri biex iġibu tmaqdir fuq il-Bibbja, hu jgħid: “Attentati taʼ ħolqien mill-ġdid tal-istorja biblika minn studjużi moderni−e.g., il-ħarsa taʼ Wellhausen li żmien il-patrijarki kien riflessjoni tal-monarkija maqsuma; jew iċ-ċaħda tal-fatt li Mosè kien storiku u l-eżodu u l-istruttura ġdida li kellha ssir fl-istorja Iżraelita minn Noth u s-segwaċi tiegħu −ma baqgħux konsistenti mal-informazzjoni arkeoloġika daqs kemm baqaʼ r-rakkont bibliku.”14
Il-Waqgħa taʼ Ġeriko
24. Il-Bibbja tagħtina liema informazzjoni dwar il-waqgħa taʼ Ġeriko?
24 Ifisser dan li l-arkeoloġija taqbel mal-Bibbja f’kull każ? Le, hemm numru taʼ differenzi. Waħda minnhom hi r-rebħa drammatika taʼ Ġeriko deskritta fll-bidu taʼ dan il-kapitlu. Skond il-Bibbja, Ġeriko kienet l-ewwel belt mirbuħa minn Ġożwè hekk kif mexxa lill-Iżraeliti fl-art taʼ Kangħan. Il-kronoloġija tal-Bibbja tindika li l-belt waqgħet fl-ewwel nofs tas-seklu 15 Q.E.K. Wara r-rebħa, Ġeriko ġiet maħruqa kompletament bin-nar u tħalliet mingħajr abitanti għal mijiet taʼ snin.−Ġożwè 6:1-26; 1 Slaten 16:34.
25, 26. L-arkeoloġi waslu għal liema żewġ konklużjonijiet differenti bħala riżultat tal-eskavazzjoni taʼ Ġeriko?
25 Qabel it-tieni gwerra dinjija, il-post li kienu jemmnu li kien Ġeriko ġie skavat mill-Professur John Garstang. Huwa skopra li l-belt kienet antika ħafna u li kienet ġiet meqruda u reġgħet inbniet ħafna drabi. Garstang sab li matul waħda minn dawn l-atti taʼ qerda, il-ħitan waqgħu bħal li kieku b’xi terremot, u li l-belt ġiet kompletament maħruqa bin-nar. Garstang emmen li dan seħħ madwar is-sena 1400 Q.E.K., mhux wisq ’il bogħod mid-data indikata mill-Bibbja għall-qerda taʼ Ġeriko minn Ġożwè.15
26 Wara l-gwerra, arkeologa oħra, Kathleen Kenyon, għamlet iktar tħaffir f’Ġeriko. Hi waslet għall-konklużjoni li l-ħitan imwaqqgħin li Garstang identifika kienu taʼ mijiet taʼ snin iktar kmieni milli ħaseb hu. Hi identifikat qerda sostanzjali taʼ Ġeriko fis-seklu 16 Q.E.K. imma qalet li ma kien hemm ebda belt fuq il-post taʼ Ġeriko matul is-seklu 15−meta l-Bibbja tgħid li Ġożwè kien qed jinvadi l-art. Hi tissokta tirrapporta indikazzjonijiet possibbli taʼ qerda oħra li setgħet seħħet fuq il-post fis-sena 1325 Q.E.K. u tissuġġerixxi: “Jekk il-qerda taʼ Ġeriko trid tiġi assoċjata ma’ invażjoni taħt Ġożwè, din [tal-aħħar] hija d-data li tissuġġerixxi l-arkeoloġija.”16
27. Għala m’għandhomx jiddisturbawna wisq id-diskrepanzi li hemm bejn l-arkeoloġija u l-Bibbja?
27 Ifisser dan li l-Bibbja hija żballjata? Bl-ebda mod. Irridu niftakru li fil-waqt li l-arkeoloġija tagħtina tieqa biex naraw il-passat, hi mhix dejjem tieqa ċara. Xi drabi bla dubju hija mċajpra. Kif innota kummentatur wieħed: “Sfortunatament, l-evidenza arkeoloġika tiddependi minn fdalijiet, u għalhekk hija limitata.”17 Dan huwa minnu speċjalment dwar il-perijodi iktar bikrin tal-istorja Iżraelita, meta l-evidenza arkeoloġika mhix ċara. Tabilħaqq, l-evidenza hija saħansitra inqas ċara f’Ġeriko, ladarba l-post huwa mmermer ħafna.
Il-Limitazzjonijiet tal-Arkeoloġija
28, 29. X’inhuma xi limitazzjonijiet tal-arkeoloġija li ammettew l-istudjużi?
28 L-arkeoloġi nfushom jammettu l-limitazzjonijiet tax-xjenza tagħhom. Yohanan Aharoni, per eżempju, jispjega: “Meta niġu għall-interpretazzjoni storika jew storika-ġeografika, l-arkeologu joħroġ ’il barra mill-qasam taʼ xjenzi eżatti, u jrid jiddependi minn ġudizzji taʼ estimi u teoriji biex jasal għal stampa storika sħiħa.”18 Rigward id-dati mogħtija lil diversi skoperti, hu jżid: “Dejjem irridu niftakru, għalhekk, li mhux id-dati kollha huma assoluti u f’ammont li jvarja huma jaqgħu taħt suspett,” għalkemm hu jħoss li l-arkeoloġi tal-lum jistgħu jkunu iktar kunfidenti dwar il-għoti tagħhom taʼ dati milli kien il-każ fil-passat.19
29 Il-ktieb The World of the Old Testa-ment [Id-Dinja tat-Testment il-Qadim] jistaqsi l-mistoqsija: “Il-metodu ar-keoloġiku kemm huwa oġġettiv jew verament xjentiflku?” Hu jwieġeb: “L-arkeoloġi huma iktar oġġettivi meta jeskavaw il-fatti milli meta jinterpretawhom. Imma l-preokkupazzjonijiet umani tagħhom se jeffettwaw il-metodi li huma jużaw fit-‘tħaffir’ tagħhom, ukoll. Huma ma jistgħu jagħmlu xejn għall-fatt li meta jħaffru ’l isfel qalb is-saffi tal-art huma jeqirdu l-evidenza, biex b’hekk qatt ma jkunu jistgħu jittestjaw l-‘esperiment’ tagħhom billi jerġgħu jirrepetuh. Dan il-fatt jagħmel lill-arkeoloġija unika fost ix-xjenzi. Iktar minn hekk, jagħmel lir-rapportar arkeoloġiku biċċa xogħol l-iktar diffiċli u suġġetta għall-iżballji.”20
30. L-istudenti tal-Bibbja kif iħarsu lejn l-arkeoloġija?
30 Mela l-arkeoloġija tistaʼ tkun taʼ ħafna għajnuna, imma bħal kull attentat uman, hija fallibbli. Fil-waqt li nikkunsidraw teoriji arkeoloġiċi b’interess, qatt m’għandna nqisuhom bħala verità li ma tistax tiġi kkuntrarjata. Jekk l-arkeoloġi jinterpretaw is-sejbiet tagħhom b’mod li jikkontradixxu lill-Bibbja, m’għandniex awtomatikament nassumu li l-Bibbja hija żballjata u li l-arkeoloġi għandhom raġun. Huwa magħruf li l-interpretazzjonijiet tagħhom ġieli ġew mibdula.
31. Riċentament, liema suġġeriment ġdid ġie mressaq dwar il-waqgħa taʼ Ġeriko?
31 Huwa interessanti li tinnota li fl-1981 il-Professur John J. Bimson reġaʼ ħares lejn il-qerda taʼ Ġeriko. Huwa studja mill-qrib il-qerda bin-nar taʼ Ġeriko li seħħet−skond Kathleen Kenyon −f’nofs is-seklu 16 Q.E.K. Skond hu, mhux biss talli dik il-qerda kienet taqbel mar-rakkont bibliku tal-qerda tal-belt minn Ġożwè imma talli l-istampa arkeoloġika taʼ Kangħan bħala stampa sħiħa kienet taqbel perfettament mad-deskrizzjoni Biblika taʼ Kangħan meta l-Iżraeliti nvadew. B’hekk, hu jissuġġerixxi li l-għoti arkeoloġiku tad-data huwa ħażin u jipproponi li din il-qerda attwalment seħħet f’nofs is-seklu 15 Q.E.K., matul il-ħajja taʼ Ġożwè.21
Il-Bibbja Hija Rakkont Storiku Ġenwin
32. Liema tendenza ġiet osservata fost xi studjużi?
32 Dan juri l-fatt li l-arkeoloġi spiss ma jaqblux bejniethom. Mela, mhux taʼ sorpriża li xi wħud ma jaqblux mal-Bibbja fil-waqt li oħrajn jaqblu. Madankollu, xi studjużi qed isiru jirrispettaw l-aspett storiku tal-Bibbja inġenerali, jekk mhux fid-dettallji kollha. William Foxwell Albright irrappreżenta mod wieħed ġenerali taʼ ħsieb meta kiteb: “Seħħ ritorn ġenerali għall-apprezzament tal-eżattezza, kemm fil-firxa ġenerali kif ukoll f’dettallji fattwali, tal-istorja reliġjuża taʼ Iżrael. . . . Fil-qosor, issa nistgħu nerġgħu nittrattaw il-Bibbja mill-bidu sat-tmiem bħala dokument awtentiku taʼ storja reliġjuża.”22
33, 34. L-Iskrittura Ebrajka kif tagħti evidenza minnha nflsha dwar l-eżattezza storika li flha?
33 Infatti, il-Bibbja fiha nfisha ġġorr is-siġill taʼ storja eżatta. Il-ġrajjiet huma marbuta ma’ dati u żminijiet speċifiċi, mhux bħal dawk tal-biċċa l-kbira tal-miti u l-leġġendi tal-qedem. Ħafna ġraj-jiet imniżżla fil-Bibbja huma appoġġjati b’iskrizzjonijiet li jmorru lura fid-data sa dawk iż-żminijiet. Fejn hemm xi differenza bejn il-Bibbja u xi skrizzjoni antika, id-diskrepanza taʼ spiss tistaʼ tiġi attribwita għad-dispjaċir tal-mexxejja antiki biex iniżżlu t-telfiet tagħhom stess, u għax-xewqa tagħhom biex ineffħu s-suċċessi tagħhom.
34 Tabilħaqq, ħafna minn dawk l-iskrizzjonijiet antiki m’humiex storja daqskemm huma propaganda uffiċċjali. B’kuntrast, il-kittieba tal-Bibbja juru sinċerità rari. Figuri taʼ antenati importanti bħal Mosè u Aronne jintwerew kemm bil-kwalitajiet kif ukoll bid-djufi-jiet kollha tagħhom. Saħansitra l-fallimenti tas-sultan kbir David huma mikxufa b’mod onest. In-nuqqasijiet tan-nazzjon bħala ġens sħiħ huma mik-xufa ripetutament. Din il-ġenwinità tirrikkmanda lill-Iskrittura Ebrajka bħala vera u taʼ min joqgħod fuqha u titfaʼ piż fuq il-kliem taʼ Ġesù, li, meta kien qed jitlob lil Alla, qal: “Kelmtek hi verità.”−Ġwann 17:17.
35. X’naqsu li jagħmlu dawk li jaħsbu skond ir-raġuni tal-bniedem, u lejn liema ħaġa jħarsu l-istudenti tal-Bibbja sabiex jagħtu prova tal-ispirazzjoni tal-Bibbja?
35 Albright issokta jgħid: “Hu x’inhu l-każ, il-Bibbja tissupera fil-kontentut lil kull letteratura reliġjuża iktar antika; u tissupera bl-istess mod impressjonanti lil kull letteratura taʼ warajha kemm fls-sempliċità diretta tal-messaġġ tagħha kif ukoll fll-kattoliċità [kapaċità li tifrex fuq skala universali] tal-appell tagħha lil nies tal-ġnus kollha u taż-żminijiet kollha.”23 Huwa dan il-‘messaġġ li jissupera,’ minflok it-testimonjanza tal-istudjużi, li jagħti prova tal-ispirazzjoni tal-Bibbja, kif se naraw f’kapitli li jiġu iktar tard. Imma ħalli hawnhekk ninnotaw li nies taʼ żmien modern li jaħsbu skond ir-raġuni tal-bniedem naqsu li jagħtu prova li l-Isrittura Ebrajka mhix storja vera, fil-waqt li dawn il-kitbiet infushom jagħtu evidenza li huma eżatti. Tistaʼ tingħad l-istess ħaġa għall-Iskrittura Griega Kristjana, it-“Testment il-Ġdid”? Dan se nikkunsidrawh fil-kapitlu li jmiss.
[Noti taʼ taħt]
a “Kritika superjuri” (jew “il-metodu tal-kritika storika”) huwa terminu wżat biex jiddeskrivi l-istudju tal-Bibbja bl-iskop li wieħed isib dettalji bħal min kien l-awtur, x’kien is-sors tal-materjal, u ż-żmien li flh kull ktieb ġie komponut.
b Per eżempju, il-poeta Ingliż John Milton kiteb il-poeżija profonda tiegħu “Paradise Lost” bi stil differenti mhux ħażin mill-poeżija tiegħu “L’Allegro.” U l-fuljetti politiċi tiegħu jerġaʼ nkitbu bi stil ieħor.
c Il-maġġoranza tan-nies intellettwali llum għandhom it-tendenza li jkunu razzjonalistiċi. Skond id-dizzjunarju, razzjonaliżmu jfisser “li toqgħod fuq ir-raġuni bħala bażi biex tistabbilixxi verità reliġjuża.” Nies razzjonalistiċi jippruvaw jispjegaw kollox b’termini umani minflok ma jieħdu f’kunsiderazzjoni l-possibiltà taʼ azzjoni divina.
d Ta’ interess, statwa taʼ ħakkiem antik misjuba fis-Sirja taʼ Fuq fls-snin 70 wriet li ma kinetx xi ħaġa mhix magħrufa li ħakkiem jiġi msejjaħ sultan meta, propjament, kellu titlu iktar baxx. L-istatwa kienet taʼ ħakkiem taʼ Gożan u kienet imnaqqxa bl-Assirjan u bl-Aramajk. L-iskrizzjoni Assirjana sejħet lir-raġel gvernatur taʼ Gożan, imma l-iskrizzjoni Aramajka parallela sejħitlu sultan.9 Għalhekk ma kinetx tkun ħaġa li qatt ma saret digà biex Belxażżar jissejjaħ prinċep inkurunat fl-iskrizzjonijiet uffiċċjali taʼ Babilonja fil-waqt li fll-kitba Aramajka taʼ Danjel jissejjaħ sultan.
[Kumment f’paġna 22]
Differenti mir-rakkonti storiċi sekulari u antiki, il-Bibbja tniżżel bis-sinċerità il-fallimenti umani taʼ wħud rispettati bħal Mosè u David
[Kaxxa f’paġna 19]
Il-Valur tal-Arkeoloġija
“L-arkeoloġija tipprovdi l-ikkampjunar taʼ għodod u reċipjenti antiki, ħitan u bini, armi u tiżjin. Il-maġġoranza minn dawn jistgħu jigu rranġati kronoloġikament u identiflkati b’ċertezza b’termini u kuntesti xierqa li qegħdin fll-Bibbja. F’dan is-sens il-Bibbja b’eżattezza tippreżenta fll-forma miktuba l-ambjent kulturali u antik tagħha. Id-dettalja tal-istejjer Bibliċi m’humiex il-prodotti fantastiċi tal-immaġinazzjoni tal-awtur imma x’aktarx ir-riflessjonijiet awtentiċi tad-dinja li flha seħħew il-ġrajjiet irrekordjati, minn dawk ordinarji sa dawk mirakolużi.”−The Archaeological Encyclopedia of the Holy Land.
[Kaxxa f’paġna 21]
X’Tistaʼ Tagħmel u X’Ma Tistax Tagħmel l-Arkeoloġija
“L-arkeoloġija la tagħti prova favur u lanqas prova kontra l-Bibbja f’termini konkreti, imma għandha funzjonijiet oħra. Terġaʼ tirrestawra sa ċertu livell id-dinja materjali pproponuta mill-Bibbja. Li tkun taf, per eżempju, il-materjal li bih inbniet dar, jew kif kien qisu ‘post għoli,’ isebbaħ ħafna l-fehma tagħna dwar it-test. It-tieni, timla r-rakkont storiku. Per eżempju, il-Ġebla Mowabita ssemmaʼ l-qampiena l-oħra tal-istorja li nsibu fit-2 Slaten 3:4ff. . . . It-tielet, hi tikxef il-ħajja u l-ħsieb tal-ġirien taʼ Iżrael tal-qedem−li minnha nflsha hi taʼ interess, u li titfaʼ dawl fuq il-varjetà sħiħa taʼ idejat li flħa żviluppa l-ħsieb taʼ Iżrael tal-qedem.”−Ebla−A Revelation in Archaeology.