-
“Semmiegħ it-Talb”It-Torri tal-Għassa—2011 | Jannar 1
-
-
TASSEW li Alla Ġeħova jwieġeb it-talb sinċier tal-aduraturi devoti? Ir-rakkont Bibliku dwar raġel bl-isem taʼ Ġabes, li ftit li xejn nafu dwaru, juri li Ġeħova hu tassew “Semmiegħ it-talb.” (Salm 65:2) Dan ir-rakkont qasir jinsab f’post li jistaʼ jidher stramb—fost il-listi ġenealoġiċi li nsibu fil-bidu tal-ktieb tal-Ewwel Kronaki. Ejja neżaminaw l-1 Kronaki 4:9, 10.
Kulma nafu dwar Ġabes jinsab f’dawn iż-żewġ versi. Skont vers 9, ommu “semmietu Ġabes, għax qalet: ‘Ulidtu fl-uġigħ.’”a Għala għażlet dan l-isem? Wildet hi lil dan l-iben b’uġigħ tal-ħlas iktar min-normal? Kienet hi forsi armla, u b’hekk uriet dispjaċir għall-fatt li żewġha ma kienx hemm biex jilqaʼ lit-tarbija tagħhom fid-dinja? Il-Bibbja ma tgħidx. Iżda xi darba din l-omm kien se jkollha għal xiex tkun kburija b’mod speċjali b’dan l-iben. Jistaʼ jkun li ħut Ġabes kienu rġiel retti, iżda “Ġabes kien onorat iktar minn ħutu.”
-
-
“Semmiegħ it-Talb”It-Torri tal-Għassa—2011 | Jannar 1
-
-
a L-isem Ġabes jiġi minn għerq li jistaʼ jfisser “uġigħ.”
-