LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Semmiegħ it-Talb”
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Jannar 1
    • TASSEW li Alla Ġeħova jwieġeb it-​talb sinċier tal-​aduraturi devoti? Ir-​rakkont Bibliku dwar raġel bl-​isem taʼ Ġabes, li ftit li xejn nafu dwaru, juri li Ġeħova hu tassew “Semmiegħ it-​talb.” (Salm 65:2) Dan ir-​rakkont qasir jinsab f’post li jistaʼ jidher stramb—fost il-​listi ġenealoġiċi li nsibu fil-​bidu tal-​ktieb tal-​Ewwel Kronaki. Ejja neżaminaw l-​1 Kronaki 4:9, 10.

  • “Semmiegħ it-Talb”
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Jannar 1
    • Ġabes kien jitlob spiss u mill-​qalb. Hu beda t-​talba tiegħu billi talab bil-​ħniena għall-​barka t’Alla. Imbagħad, hu għamel tliet rikjesti li juru li kellu fidi soda.

      L-​ewwel, Ġabes talab lil Alla bil-​ħniena billi qal: ‘Kabbarli t-​territorju tiegħi.’ (Vers 10) Dan ir-​raġel onorat ma kienx xi bniedem rgħib li ried jikseb iktar artijiet għax kien jixxennaq għal dak li kien jappartjeni lil bnedmin oħrajn. Ir-​rikjesta bil-​ħrara tiegħu x’aktarx kienet relatata iktar man-​nies milli mal-​artijiet. Hu setaʼ kien qed jitlob għat-​tkabbir paċifiku tat-​territorju tiegħu sabiex ikun jinkludi iktar aduraturi tal-​Alla l-​veru.b

      It-​tieni, Ġabes talab bil-​ħniena biex ‘id’ Alla tkun miegħu. L-​id simbolika t’Alla hi l-​qawwa tiegħu fl-​azzjoni, u din jużaha biex jgħin lill-​aduraturi tiegħu. (1 Kronaki 29:12) Sabiex jirċievi dawn ir-​rikjesti li għamel minn qalbu, Ġabes dar lejn l-​Alla li m’għandux idu qasira maʼ dawk li juru fidi fih.—Isaija 59:1.

      It-​tielet, Ġabes talab: ‘Ħarisni mill-​gwaj, sabiex ma jagħmillix ħsara.’ L-​espressjoni “sabiex ma jagħmillix ħsara” għandha mnejn tindika li Ġabes ma talabx biex jiskansa l-​gwaj, iżda biex ma jitħalliex jitnikket jew jinħakem mill-​effetti tal-​ħażen.

      It-​talba taʼ Ġabes uriet it-​tħassib tiegħu għall-​qima vera u l-​fidi u l-​fiduċja tiegħu f’Semmiegħ it-​talb. Ġeħova kif wieġeb? Dan ir-​rakkont qasir jikkonkludi bil-​kliem: “Għaldaqstant, Alla tah dak li kien talab.”

      Semmiegħ it-​talb ma nbidilx. Hu jitgħaxxaq bit-​talb tal-​aduraturi tiegħu. Dawk li jpoġġu l-​fidi u l-​fiduċja tagħhom fih jistgħu jkollhom din l-​assiguranza: “Kulma nitolbuh skond ir-​rieda tiegħu, hu jismagħna.”—1 Ġwanni 5:14.

  • “Semmiegħ it-Talb”
    It-Torri tal-Għassa—2011 | Jannar 1
    • b It-​Targumi, parafrażijiet bil-​Lhudi tal-​Iskrittura Mqaddsa, ipoġġu kliem Ġabes hekk: “Berikni bi tfal, u kabbar il-​konfini tiegħi b’dixxipli.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja